+26. L- istituzzjonijiet għandhom jesprimu l - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” …
|
26. L- istituzzjonijiet għandhom jesprimu l - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” …
L- istituzzjonijiet għandhom jesprimu l - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” tagħhom tal - inqas għall - “indikaturi tal - PR rilevanti” li ġejjin5 : - a. proporzjon ta’ Grad 1 ta’ Ekwità Komuni (CET1);
- b. proporzjon kapitali totali;
- c. proporzjon ta’ ingranaġġ;
- d. proporzjon tal - kopertura tal - likwidità (LCR);
- e. proporzjon ta’ ffinanzjar stabbli nett (NSFR). F’każijiet fejn l - indikaturi elenkati ma kinux inklużi mill - istituzzjonijiet fil - qafas tal - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru tagħhom fuq il - bażi tas - suppożizzjoni konfutabbli pprovduta mil - Linji Gwida tal - EBA dwar l - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru6 , il - “kapaċità ta’ rkupru speċifika għax - xenarju” għandha tiġi espressa f’termini tal - indikaturi ta’ sostituzzjoni rispettivi. L - istituzzjonijiet għandhom jinkludu fil - pjanijiet ta’ rkupru tagħhom l - ammonti nominali sottostanti għall - komputazzjoni tal -indi katuri rilevanti (numeratur u denominatur) sabiex l - awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw u jikkontestaw kif xieraq iċ - ċifri rrapportati.
5 Inklużi fl - Anness II (“Lista minima ta’ indikaturi tal - pjan ta’ rkupru”) fil - Linji Gwida tal - EBA dwar l - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru skont l - Artikolu 9 tad - Direttiva 2014/59/UE (EBA/LG/2021/11). 6 Ara l- Anness II – Lista minima ta’ indikaturi tal - pjan ta’ rkupru fil - Linji Gwida tal - EBA dwar l - indikaturi tal - pjan ta’ rkupru skont l - Artikolu 9 tad - Direttiva 2014/59/EU (EBA/LG/2021/11).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|