+9. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu fil - lista jew fir - reġistru tagħhom f’konformità …
|
9. L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu fil - lista jew fir - reġistru tagħhom f’konformità …
L- awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu fil - lista jew fir - reġistru tagħhom f’konformità mal-Artikolu 9(1) tad- Direttiva (UE) 2021/2167, għal kull servizzjant tal -kreditu, l- informazzjoni li ġejja: - a. Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI) (jitħalla vojt jekk is - servizzjant tal -kreditu ma jkollux LEI);
- b. Numru ta’ identifikazzjoni uniku nazzjonali assenjat mill - awtorità kompetenti tal -Istat Membru domiċiljari;
- c. Isem legali, inkluża l - forma legali tal - kumpanija, u l - isem kummerċjali fejn dan ikun differenti mill -isem legali. Meta l- isem legali jew kummerċjali oriġinali ma jikkonsistix f’ittri bil -Latin, il-lista jew ir- reġistru għandhom jinkludu wkoll il - verżjoni b’ittri bil - Latin;
- d. Indirizz tal- uffiċċju prinċipali tas - servizzjant tal-kreditu jew l- uffiċċju rreġistrat tiegħu fl - Istat Membru domiċiljari, inkluż:
- i. Pajjiż
- ii. Belt
- iii. Kodiċi postali
- iv. Triq
- v. Numru tal- bieb;
- e. Meta servizzjant tal - kreditu awtorizzat fi Stat Membru wieħed ikun stabbilixxa fergħa fi Stat Membru ieħor f’konformità mal -Artikolu 13 tad- Direttiva (UE) 2021/2167, il-lista jew ir- reġistru tal - awtorità kompetenti ta’ dak l - Istat Membru ospitanti għandhom jinkludu l- indirizz ta’ dik il - fergħa, inkluż dan kollu li ġej:
- i. Pajjiż
- ii. Belt
- iii. Kodiċi postali
- iv. Triq
- v. Numru tal- bieb;
- f. Id-dettalji ta’ kuntatt tas - servizzjant tal - kreditu rilevanti għall - Istat Membru fejn jinżammu l -lista jew ir- reġistru (forniment ta’ mill - inqas element wieħed, aktar minn aċċenn wieħed possibbli):
- i. Indirizz tal-email
- ii. Formola web
- iii. Indirizz postali
- iv. Numru tat- telefon;
- g. Dettalji ta’ kuntatt għall - ġestjoni tal -ilmenti tal- konsumaturi rilevanti għall -Istat Membru fejn jinżammu l -lista jew ir- reġistru, li għalihom is - servizzjant tal -kreditu stabbilixxa proċedura f’konformità mal -Artikolu 24(1) tad- Direttiva (UE) 2021/2167 (forniment ta’ mill - inqas element wieħed, aktar minn aċċenn wieħed possibbli):
- i. Indirizz tal-Email
- ii. Formola web
- iii. Indirizz postali
- iv. Numru tat- telefon;
- h. L- Istat Membru domiċiljari li fih is - servizzjant tal - kreditu ġie awtorizzat;
- i. Status ta’ awtorizzazzjoni (“validu” jew “irtirat”) biex jiġu pprovduti attivitajiet ta’ servizzjar tal - kreditu, inkluża l - ewwel data rreġistrata tal -awtorizzazzjoni, u d-data tal-irtirar tal- awtorizzazzjoni (jekk applikabbli). Barra minn hekk, meta servizzjant tal - k reditu jkun ġie awtorizzat mill - ġdid, l -ewwel data tal- awtorizzazzjoni valida attwalment għandha tiġi inkluża wkoll;
- j. Status ta’ awtorizzazzjoni (“approvat”, “ipprojbit għal dan is - servizzjant tal -kreditu” jew “ġeneralment ipprojbit għal servizzjanti tal - kreditu bbażati f’[isem l -Istat Membru]”) biex jirċievu u jżommu fondi mill - mutwatarji f’konformità mal -Artikolu 6 tad- Direttiva (UE) 2021/2167, inkluża l - ewwel data rreġistrata tal -awtorizzazzjoni, u d-data tal-irtirar tal- awtorizzazzjoni (jekk applikabbli) ta’ dak is - servizz. B’mod awtomatiku, l - istatus ta’ awtorizzazzjoni tal- Istat Membru domiċiljari għandu jintwera fil - lista jew fir - reġistru tal - Istat Membru ospitanti, sakemm ma tkunx tapplika projbizzjoni ġenerali fl -Istat Membru ospitanti, f’liema każ l - awtorità kompetenti ospitanti għandha turi “ġeneralment ipprojbit għas - servizzjanti tal - kreditu li jipprovdu servizzi fi [isem l -Istat Membru]” għas - servizzjanti tal - kreditu kollha fil - lista jew fir - reġistru tagħha, irrispettivament mill - istatus ta’ awtorizzazzjoni fl - Istat Membru domiċiljari. Barra minn hekk, meta servizzjant tal - kreditu jkun ġie awtorizzat mill - ġdid li jirċievi u jżomm fondi, l-ewwel data tal- awtorizzazzjoni valida attwalment għandha tiġi inkluża wkoll;
- k. Lista ta’ Stati Membri ospitanti li għalihom is - servizzjant tal - kreditu jkun innotifika lill - awtorità kompetenti tal - Istat Membru domiċiljari li beħsiebu jipprovdi attivitajiet ta’ servizzjar tal - kreditu u li għalihom dik l - awtorità kompetenti tkun bagħtet notifika f’konformità mal -Artikolu 13(3) tad- Direttiva (UE) 2021/2167 lill- awtorità kompetenti tal- Istat Membru ospitanti (li għandha timtela biss mill - awtorità kompetenti tal -Istat Membru domiċiljari); u
- l. Id-data meta s- servizzjant tal - kreditu jkun jista’ jibda jipprovdi servizzi fl -Istat Membru ospitanti skont l -Artikolu 13(5) tad- Direttiva (UE) 2021/2167, u fejn applikabbli d -data li fiha l - awtorità kompetenti tal - Istat Membru ospitanti tkun irċeviet in - notifika mill - awtorità kompetenti tal - Istat Membru domiċiljari li s - servizzjant tal - kreditu m’għadux beħsiebu jipprovdi servizzi fl -Istat Membru ospitanti (li għandha timtela biss mill - awtorità kompetenti tal - Istat Membru ospitanti).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- EBA - Published by the European Banking Authority at https://www.eba.europa.eu/
|