1. Sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġjaw il-proċessi tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji kif ġej:
|
(a)
|
ir-rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet finanzjarji b’rabta ma’:
|
(i)
|
il-ġestjoni tar-riskju tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT);
|
|
(ii)
|
ir-rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT u n-notifika, fuq bażi volontarja, ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti lill-awtoritajiet kompetenti;
|
|
(iii)
|
ir-rappurtar ta’ inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà kbar relatati mal-pagamenti lill-awtoritajiet kompetenti mill-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d);
|
|
(iv)
|
l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali;
|
|
(v)
|
il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelliġenza b’rabta mat-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet;
|
|
(vi)
|
il-miżuri mill-entitajiet finanzjarji għall-ġestjoni tajba ta’ riskju relatat mal-ICT;
|
|
|
(b)
|
ir-rekwiżiti fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u l-entitajiet finanzjarji;
|
|
(c)
|
ir-regoli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-Qafas ta’ Sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT meta jipprovdu servizzi lil entitajiet finanzjarji;
|
|
(d)
|
ir-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u r-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament.
|