+Artikolu 1 Suġġett
---+Artikolu 1 1
---+Artikolu 1 2
---+Artikolu 1 3

Artikolu 1 Suġġett

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1

1.   Sabiex jinkiseb livell komuni għoli ta’ reżiljenza operazzjonali diġitali, dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti uniformi dwar is-sigurtà tan-netwerks u tas-sistemi tal-informazzjoni li jappoġġjaw il-proċessi tan-negozju tal-entitajiet finanzjarji kif ġej:

(a)

ir-rekwiżiti applikabbli għall-entitajiet finanzjarji b’rabta ma’:

(i)

il-ġestjoni tar-riskju tat-Teknoloġija tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni (ICT);

(ii)

ir-rappurtar ta’ inċidenti kbar relatati mal-ICT u n-notifika, fuq bażi volontarja, ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti lill-awtoritajiet kompetenti;

(iii)

ir-rappurtar ta’ inċidenti operazzjonali jew tas-sigurtà kbar relatati mal-pagamenti lill-awtoritajiet kompetenti mill-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(1), il-punti (a) sa (d);

(iv)

l-ittestjar tar-reżiljenza operazzjonali diġitali;

(v)

il-kondiviżjoni tal-informazzjoni u tal-intelliġenza b’rabta mat-theddid ċibernetiku u l-vulnerabbiltajiet;

(vi)

il-miżuri mill-entitajiet finanzjarji għall-ġestjoni tajba ta’ riskju relatat mal-ICT;

(b)

ir-rekwiżiti fir-rigward tal-arranġamenti kuntrattwali konklużi bejn il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT u l-entitajiet finanzjarji;

(c)

ir-regoli għall-istabbiliment u t-twettiq tal-Qafas ta’ Sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT meta jipprovdu servizzi lil entitajiet finanzjarji;

(d)

ir-regoli dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u r-regoli dwar is-superviżjoni u l-infurzar mill-awtoritajiet kompetenti b’rabta mal-kwistjonijiet kollha koperti minn dan ir-Regolament.

Artikolu 1 2

2.   B’rabta mal-entitajiet finanzjarji identifikati bħala entitajiet essenzjali jew importanti skont ir-regoli nazzjonali li jittrasponu l-Artikolu 3 tad-Direttiva (UE) 2022/2555, dan ir-Regolament għandu jitqies bħala att legali tal-Unjoni speċifiku għas-settur għall-finijiet tal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva.

Artikolu 1 3

3.   Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà tal-Istati Membri rigward il-funzjonijiet essenzjali tal-Istat li jikkonċernaw is-sigurtà pubblika, id-difiża u s-sigurtà nazzjonali f’konformità mad-dritt tal-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit