+Artikolu 31 2

Artikolu 31 2

2.   Id-deżinjazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (a), għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji kollha li ġejjin fir-rigward tas-servizzi tal-ICT ipprovduti mill- fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT:

(a)

l-impatt sistemiku fuq l-istabbiltà, il-kontinwità jew il-kwalità tal-forniment ta’ servizzi finanzjarji fil-każ li l-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rilevanti jkun affrontat minn nuqqas operattiv fuq skala kbira li jipprovdi s-servizzi tiegħu, b’kont meħud tal-għadd ta’ entitajiet finanzjarji u l-valur totali tal-assi li lilhom jipprovdi servizzi l-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT;

(b)

in-natura sistemika jew l-importanza tal-entitajiet finanzjarji li jiddependu fuq il-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT rilevanti, ivvalutata skont il-parametri li ġejjin:

(i)

l-għadd ta’ istituzzjonijiet globali sistemikament importanti (G-SIIs) jew istituzzjonijiet oħra sistematikament importanti (O-SIIs) li jiddependu fuq il-fornitur terz rispettiv ta’ servizzi tal-ICT;

(ii)

l-interdipendenza bejn il-G-SIIs jew l-O-SIIs imsemmija fil-punt (i) u entitajiet finanzjarji oħra, inkluż sitwazzjonijiet fejn il-G-SIIs jew l-O-SIIs jipprovdu servizzi ta’ infrastruttura finanzjarja lil entitajiet finanzjarji oħra;

(c)

id-dipendenza tal-entitajiet finanzjarji fuq is-servizzi pprovduti mill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT b’rabta mal-funzjonijiet kritiċi jew importanti ta’ entitajiet finanzjarji li fl-aħħar mill-aħħar jinvolvu l-istess fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, irrispettivament minn jekk l-entitajiet finanzjarji jiddependux fuq dawk is-servizzi direttament jew indirettament, permezz ta’ arranġamenti ta’ sottokuntrattar;

(d)

il-grad ta’ sostitwibbiltà tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT, filwaqt li jitqiesu l-parametri li ġejjin:

(i)

in-nuqqas ta’ alternattivi reali, anki parzjali, minħabba l-għadd limitat ta’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT attivi f’suq speċifiku, jew is-sehem mis-suq tal-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT, jew il-kumplessità teknika jew is-sofistikazzjoni involuta, inkluż b’rabta ma’ kwalunkwe teknoloġija proprjetarja, jew il-karatteristiċi speċifiċi tal-organizzazzjoni jew l-attività tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT;

(ii)

id-diffikultajiet rigward il-migrazzjoni parzjali jew sħiħa tad-data rilevanti u tax-xogħol mill-fornitur terz rilevanti ta’ servizzi tal-ICT lil fornitur terz ieħor ta’ servizzi tal-ICT, minħabba jew il-kostijiet finanzjarji sinifikanti, iż-żmien jew tip ieħor ta’ riżorsi li jista’ jinvolvi l-proċess ta’ migrazzjoni, jew minħabba żieda fir-riskju tal-ICT jew ta’ riskji operazzjonali oħrajn li għalihom tista’ tkun esposta l-entità finanzjarja permezz ta’ tali migrazzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit