+Artikolu 33 3

Artikolu 33 3

3.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkopri:

(a)

ir-rekwiżiti tal-ICT biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, is-sigurtà, id-disponibbiltà, il-kontinwità, l-iskalabbiltà u l-kwalità tas-servizzi li jipprovdi l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, kif ukoll il-kapaċità li f’kull ħin jinżammu standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità jew kunfidenzjalità;

(b)

is-sigurtà fiżika li tikkontribwixxi għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ICT, inkluża s-sigurtà tal-bini, tal-faċilitajiet u taċ-ċentri tad-data;

(c)

il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, il-politiki ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT;

(d)

l-arranġamenti ta’ governanza, inkluża struttura organizzazzjonali b’linji ċari, trasparenti u konsistenti ta’ responsabbiltà u akkontabbiltà li jippermettu ġestjoni effettiva tar-riskju tal-ICT;

(e)

l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar fil-pront ta’ inċidenti materjali relatati mal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ dawk l-inċidenti, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki;

(f)

il-mekkaniżmi għall-portabbiltà tad-data, il-portabbiltà u l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet, li jiżguraw eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ terminazzjoni mill-entitajiet finanzjarji;

(g)

l-ittestjar tas-sistemi, tal-infrastruttura u tal-kontrolli tal-ICT;

(h)

l-awditi tal-ICT;

(i)

l-użu ta’ standards nazzjonali u internazzjonali rilevanti applikabbli għall-forniment tas-servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit