+Artikolu 33 Kompiti tas-Sorveljant Ewlieni
---+Artikolu 33 1
---+Artikolu 33 2
---+Artikolu 33 3
---+Artikolu 33 4
---+Artikolu 33 5

Artikolu 33 Kompiti tas-Sorveljant Ewlieni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 33 1

1.   Is-sorveljant ewlieni, maħtur f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (b), għandu jwettaq is-sorveljanza tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT assenjat u għandu jkun, għall-finijiet tal-kwistjonijiet kollha marbuta mas-sorveljanza, il-punt primarju ta’ kuntatt għal dawk il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.

Artikolu 33 2

2.   Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-sorveljant ewlieni għandu jivvaluta jekk kull fornitur terz kritiku ta’ servizz tal-ICT għandux fis-seħħ regoli, proċeduri, mekkaniżmi u arranġamenti komprensivi, sodi u effettivi għall-ġestjoni tar-riskji tal-ICT li jista’ joħloq għall-entitajiet finanzjarji.

Il-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiffoka prinċipalment fuq is-servizzi tal-ICT ipprovduti mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT li jappoġġja l-funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entitajiet finanzjarji. Fejn meħtieġ biex jiġu indirizzati r-riskji rilevanti kollha, dik il-valutazzjoni għandha testendi għas-servizzi tal-ICT li jappoġġjaw funzjonijiet oħra għajr dawk li huma kritiċi jew importanti.

Artikolu 33 3

3.   Il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkopri:

(a)

ir-rekwiżiti tal-ICT biex jiġu żgurati, b’mod partikolari, is-sigurtà, id-disponibbiltà, il-kontinwità, l-iskalabbiltà u l-kwalità tas-servizzi li jipprovdi l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, kif ukoll il-kapaċità li f’kull ħin jinżammu standards għolja ta’ disponibbiltà, awtentiċità, integrità jew kunfidenzjalità;

(b)

is-sigurtà fiżika li tikkontribwixxi għall-iżgurar tas-sigurtà tal-ICT, inkluża s-sigurtà tal-bini, tal-faċilitajiet u taċ-ċentri tad-data;

(c)

il-proċessi tal-ġestjoni tar-riskju, inkluż il-politiki tal-ġestjoni tar-riskju tal-ICT, il-politiki ta’ kontinwità tal-operat tal-ICT u l-pjanijiet ta’ rispons u rkupru tal-ICT;

(d)

l-arranġamenti ta’ governanza, inkluża struttura organizzazzjonali b’linji ċari, trasparenti u konsistenti ta’ responsabbiltà u akkontabbiltà li jippermettu ġestjoni effettiva tar-riskju tal-ICT;

(e)

l-identifikazzjoni, il-monitoraġġ u r-rapportar fil-pront ta’ inċidenti materjali relatati mal-ICT lill-entitajiet finanzjarji, il-ġestjoni u r-riżoluzzjoni ta’ dawk l-inċidenti, b’mod partikolari ċ-ċiberattakki;

(f)

il-mekkaniżmi għall-portabbiltà tad-data, il-portabbiltà u l-interoperabbiltà tal-applikazzjonijiet, li jiżguraw eżerċitar effettiv tad-drittijiet ta’ terminazzjoni mill-entitajiet finanzjarji;

(g)

l-ittestjar tas-sistemi, tal-infrastruttura u tal-kontrolli tal-ICT;

(h)

l-awditi tal-ICT;

(i)

l-użu ta’ standards nazzjonali u internazzjonali rilevanti applikabbli għall-forniment tas-servizzi tal-ICT lill-entitajiet finanzjarji.

Artikolu 33 4

4.   Abbażi tal-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, u f’koordinazzjoni man-Netwerk Konġunt ta’ Sorveljanza (JON) imsemmi fl-Artikolu 34(1), is-Sorveljant Ewlieni għandu jadotta pjan ta’ sorveljanza individwali li jkun ċar, dettaljat u motivat li jiddeskrivi l-objettivi annwali tas-sorveljanza u l-azzjonijiet ewlenin ippjanati għal kull fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT. Dak il-pjan għandu jiġi kkomunikat kull sena lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.

Qabel l-adozzjoni tal-pjan ta’ sorveljanza, is-sorveljant ewlieni għandu jikkomunika l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.

Malli jirċievi l-abbozz tal-pjan ta’ sorveljanza, il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jista’ jippreżenta dikjarazzjoni motivata fi żmien 15-il jum kalendarji li turi l-impatt mistenni fuq il-klijenti li huma entitajiet barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u fejn xieraq, jifformula soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji.

Artikolu 33 5

5.   Ladarba l-pjanijiet annwali ta’ sorveljanza msemmija fil-paragrafu 4 ikunu ġew adottati u nnotifikati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jieħdu miżuri li jikkonċernaw tali fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT bi qbil mas-sorveljant ewlieni biss.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit