+Artikolu 34 Koordinazzjoni operazzjonali bejn is-Sorveljanti Ewlenin
---+Artikolu 34 1
---+Artikolu 34 2
---+Artikolu 34 3
|
Artikolu 34 Koordinazzjoni operazzjonali bejn is-Sorveljanti Ewlenin
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 34 1
|
1. Sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti għall-attivitajiet ta’ sorveljanza u bil-ħsieb li jiġu permessi strateġiji ta’ sorveljanza ġenerali kkoordinati u approċċi operazzjonali u metodoloġiji ta’ ħidma koeżivi, it-tliet Sorveljanti Ewlenin maħtura f’konformità mal-Artikolu 31(1), il-punt (b), għandhom jistabbilixxu JON biex jikkoordinaw bejniethom fl-istadji preparatorji u biex jikkoordinaw it-tmexxija tal-attivitajiet ta’ sorveljanza fuq il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT issorveljati rispettivi tagħhom, kif ukoll waqt kwalunkwe azzjoni li tista’ tkun meħtieġa skont l-Artikolu 42.
|
|
Artikolu 34 2
|
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-Sorveljanti Ewlenin għandhom ifasslu protokoll ta’ sorveljanza komuni li jispeċifika l-proċeduri dettaljati li jridu jiġu segwiti għat-twettiq tal-koordinazzjoni ta’ kuljum u għall-iżgurar ta’ skambji u reazzjonijiet rapidi. Il-protokoll għandu jiġi rivedut perjodikament biex jirrifletti l-ħtiġijiet operazzjonali, b’mod partikolari l-evoluzzjoni tal-arranġamenti prattiċi ta’ sorveljanza.
|
|
Artikolu 34 3
|
3. Is-Sorveljanti Ewlenin jistgħu, fuq bażi ad hoc, jitolbu lill-BĊE u lill-ENISA jipprovdu parir tekniku, jikkondividu l-esperjenza prattika jew jieħdu sehem f’laqgħat speċifiċi ta’ koordinazzjoni tal-JON.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|