+Artikolu 35 8

Artikolu 35 8

8.   L-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali, ikkalkulat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali, għandu jkun sa 1 % tal-fatturat medju globali ta’ kuljum tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fis-sena kummerċjali preċedenti. Meta jiddetermina l-ammont tal-pagament ta’ penali, is-Sorveljant Ewlieni għandu jqis il-kriterji li ġejjin rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6:

(a)

il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità;

(b)

jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;

(c)

il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mas-Sorveljant Ewlieni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, is-Sorveljant Ewlieni għandu jidħol f’konsultazzjoni fi ħdan il-JON.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit