+Artikolu 35 Setgħat tas-Sorveljant Ewlieni
---+Artikolu 35 1
---+Artikolu 35 2
---+Artikolu 35 3
---+Artikolu 35 4
---+Artikolu 35 5
---+Artikolu 35 6
---+Artikolu 35 7
---+Artikolu 35 8
---+Artikolu 35 9
---+Artikolu 35 10
---+Artikolu 35 11
|
Artikolu 35 Setgħat tas-Sorveljant Ewlieni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 35 1
|
1. Għall-finijiet tat-twettiq tad-dmirijiet stabbiliti f’din it-Taqsima, is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħat li ġejjin fir-rigward tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT:
|
(a)
|
li jitlob l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni rilevanti kollha f’konformità mal-Artikolu 37;
|
|
(b)
|
li jwettaq investigazzjonijiet u spezzjonijiet ġenerali f’konformità mal-Artikoli 38 u 39, rispettivament;
|
|
(c)
|
li jitlob, wara t-tlestija tal-attivitajiet ta’ sorveljanza, rapporti li jispeċifikaw l-azzjonijiet li ttieħdu jew ir-rimedji li ġew implimentati mill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT b’rabta mar-rakkomandazzjonijiet imsemmija fil-punt (d) ta’ dan il-paragrafu;
|
|
(d)
|
li joħroġ rakkomandazzjonijiet dwar l-oqsma msemmija fl-Artikolu 33(3), b’mod partikolari li jikkonċerna dan li ġej:
|
(i)
|
l-użu ta’ rekwiżiti jew proċessi speċifiċi ta’ sigurtà u kwalità tal-ICT, b’mod partikolari b’rabta mal-introduzzjoni ta’ patches, aġġornamenti, kriptaġġ u miżuri ta’ sigurtà oħra li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti biex tiġi żgurata s-sigurtà tal-ICT tas-servizzi pprovduti lill-entitajiet finanzjarji;
|
|
(ii)
|
l-użu ta’ kondizzjonijiet u termini, inkluż l-implimentazzjoni teknika tagħhom, li skonthom il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jipprovdu servizzi tal-ICT lil entitajiet finanzjarji, li s-Sorveljant Ewlieni jqis rilevanti għall-prevenzjoni tal-ġenerazzjoni ta’ punti uniċi ta’ falliment, l-amplifikazzjoni tagħhom, jew biex jiġi minimizzat l-impatt sistemiku possibbli fis-settur finanzjarju kollu tal-Unjoni f’każ ta’ riskju ta’ konċentrazzjoni tal-ICT;
|
|
(iii)
|
kwalunkwe sottokuntrattar ippjanat, fejn is-Sorveljant Ewlieni jqis li sottokuntrattar ulterjuri, inkluż arranġamenti ta’ sottokuntrattar li l-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT jippjanaw li jidħlu fihom ma’ fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT jew ma’ sottokuntratturi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, jista’ jiskatta riskji għall-forniment ta’ servizzi mill-entità finanzjarja, jew riskji għall-istabbiltà finanzjarja, abbażi tal-eżaminazzjoni tal-informazzjoni miġbura f’konformità mal-Artikoli 37 u 38;
|
|
(iv)
|
l-astensjoni mid-dħul f’arranġament ta’ sottokuntrattar ulterjuri, fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kumulattivi li ġejjin:
|
—
|
is-sottokuntrattur previst ikun fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jew sottokuntrattur tal-ICT stabbilit f’pajjiż terz;
|
|
—
|
is-sottokuntrattar jikkonċerna funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-entità finanzjarja; u
|
|
—
|
is-Sorveljant Ewlieni jqis li l-użu ta’ tali sottokuntrattar joħloq riskju ċar u serju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għall-entitajiet finanzjarji, inkluż għall-kapaċità tal-entitajiet finanzjarji li jikkonformaw mar-rekwiżiti superviżorji.
|
|
Għall-fini tal-punt (iv) ta’ dan il-punt, il-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT għandhom, bl-użu tal-mudell imsemmi fl-Artikolu 41(1), il-punt (b), jibagħtu l-informazzjoni rigward is-sottokuntrattar lis-Sorveljant Ewlieni.
|
|
|
Artikolu 35 2
|
2. Meta jeżerċita s-setgħat imsemmija f’dan l-Artikolu, is-Sorveljant Ewlieni għandu:
|
(a)
|
jiżgura koordinazzjoni regolari fi ħdan il-JON, u b’mod partikolari għandu jfittex approċċi konsistenti, kif xieraq, fir-rigward tas-sorveljanza ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(b)
|
iqis b’mod xieraq il-qafas stabbilit mid-Direttiva (UE) 2022/2555 u, fejn meħtieġ, jikkonsulta mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità ma’dik id-Direttiva, sabiex tiġi evitata duplikazzjoni tal-miżuri tekniċi u organizzazzjonali li jistgħu japplikaw għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT skont dik id-Direttiva;
|
|
(c)
|
jipprova jimminimizza, sa fejn ikun possibbli, ir-riskju ta’ tfixkil fis-servizzi pprovduti minn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT lil klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.
|
|
|
Artikolu 35 3
|
3. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkonsulta mal-Forum ta’ Sorveljanza qabel ma jeżerċita s-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1.
Qabel ma joħroġ ir-rakkomandazzjonijiet f’konformità mal-paragrafu 1, il-punt (d), is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti l-opportunità lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT jipprovdi, fi żmien 30 jum kalendarju, l-informazzjoni rilevanti li turi l-impatt mistenni fuq klijenti li huma entitajiet li jaqgħu barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u, fejn xieraq, li jifformula soluzzjonijiet biex jittaffew ir-riskji.
|
|
Artikolu 35 4
|
4. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-JON bl-eżitu tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b). Is-Sorveljant Ewlieni għandu, mingħajr dewmien żejjed, jibgħat ir-rapporti msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), lill-JON u lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT ta’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 35 5
|
5. Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jikkooperaw in bona fide mas-Sorveljant Ewlieni, u jassistuh fit-twettiq tal-kompiti tiegħu.
|
|
Artikolu 35 6
|
6. F’każ ta’ nuqqas ta’ konformità sħiħa jew parzjali mal-miżuri meħtieġa li għandhom jittieħdu skont l-eżerċizzju tas-setgħat skont il-paragrafu 1, il-punti (a), (b) u (c), u wara l-iskadenza ta’ perjodu ta’ mill-inqas 30 jum kalendarju mid-data li fiha l-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ikun irċieva n-notifika tal-miżuri rispettivi, is-Sorveljant Ewlieni għandu jadotta deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali biex iġiegħel lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jikkonforma ma’ dawk il-miżuri.
|
|
Artikolu 35 7
|
7. Il-pagament perjodiku ta’ penali msemmi fil-paragrafu 6 għandu jiġi impost fuq bażi ta’ kuljum sakemm tinkiseb il-konformità u għal mhux aktar minn perjodu ta’ sitt xhur wara n-notifika tad-deċiżjoni li timponi pagament perjodiku ta’ penali lill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 35 8
|
8. L-ammont tal-pagament perjodiku ta’ penali, ikkalkulat mid-data stipulata fid-deċiżjoni li timponi l-pagament perjodiku ta’ penali, għandu jkun sa 1 % tal-fatturat medju globali ta’ kuljum tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT fis-sena kummerċjali preċedenti. Meta jiddetermina l-ammont tal-pagament ta’ penali, is-Sorveljant Ewlieni għandu jqis il-kriterji li ġejjin rigward in-nuqqas ta’ konformità mal-miżuri msemmija fil-paragrafu 6:
|
(a)
|
il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità;
|
|
(b)
|
jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;
|
|
(c)
|
il-livell ta’ kooperazzjoni tal-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT mas-Sorveljant Ewlieni.
|
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, sabiex jiġi żgurat approċċ konsistenti, is-Sorveljant Ewlieni għandu jidħol f’konsultazzjoni fi ħdan il-JON.
|
|
Artikolu 35 9
|
9. Il-pagamenti ta’ penali għandhom ikunu ta’ natura amministrattiva u għandhom ikunu infurzabbli. L-infurzar għandu jkun irregolat mir-regoli ta’ proċedura ċivili fis-seħħ fl-Istat Membru li fit-territorju tiegħu għandhom jitwettqu l-ispezzjonijiet u l-aċċess. Il-qrati tal-Istat Membru kkonċernat għandu jkollhom ġuriżdizzjoni fuq l-ilmenti relatati mat-twettiq irregolari tal-infurzar. L-ammonti tal-pagamenti ta’ penali għandhom jiġu allokati lill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.
|
|
Artikolu 35 10
|
10. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiżvela lill-pubbliku kull pagament perjodiku ta’ penali li jkun ġie impost, sakemm tali divulgazzjoni ma tipperikolax serjament is-swieq finanzjarji jew tikkawżax dannu sproporzjonat lill-partijiet involuti.
|
|
Artikolu 35 11
|
11. Qabel ma jimponi pagament perjodiku ta’ penali skont il-paragrafu 6, is-Sorveljant Ewlieni għandu jagħti lir-rappreżentanti tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti l-opportunità li jinstema’ dwar is-sejbiet u għandu jibbaża d-deċiżjonijiet tiegħu biss fuq sejbiet li dwarhom il-fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti kellu l-opportunità li jikkummenta dwarhom.
Id-drittijiet tad-difiża tal-persuni soġġetti għall-proċedimenti għandhom jiġu rispettati bis-sħiħ fil-proċedimenti. Il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT soġġett għall-proċedimenti għandu jkunu intitolat ikollu aċċess għall-fajl, soġġett għall-interess leġittimu ta’ persuni oħra fil-protezzjoni tas-sigrieti kummerċjali tagħhom. Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl ma għandux jestendi għal informazzjoni kunfidenzjali jew għad-dokumenti preparatorji interni tas-Sorveljant Ewlieni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|