+Artikolu 9 2.

Artikolu 9 2.

Is-sistema ta' ġestjoni tar-riskju għandha tinftiehem bħala proċess iterattiv kontinwu ppjanat u li jseħħ tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu ta' sistema tal-IA b'riskju għoli, li jirrikjedi rieżami u aġġornament sistematiċi regolari. Għandu jkun fiha l-passi li ġejjin:

(a) 

l-identifikazzjoni u l-analiżi tar-riskji magħrufa u raġonevolment prevedibbli li s-sistema tal-IA b'riskju għoli tista' toħloq għas-saħħa, għas-sikurezza jew għad-drittijiet fundamentali meta s-sistema tal-IA b'riskju għoli tintuża f'konformità mal-għan maħsub tagħha;

(b) 

l-istima u l-evalwazzjoni tar-riskji li jistgħu jitfaċċaw meta s-sistema tal-IA b'riskju għoli tintuża f'konformità mal-għan maħsub tagħha u f'kundizzjonijiet ta' użu ħażin raġonevolment prevedibbli;

(c) 

l-evalwazzjoni ta' riskji oħra li jistgħu jinħolqu abbażi tal-analiżi tad-data miġbura mis-sistema ta' sorveljanza ta' wara t-tqegħid fis-suq imsemmija fl-Artikolu 72;

(d) 

l-adozzjoni ta' miżuri ta' ġestjoni tar-riskju xierqa u mmirati mfassla biex jindirizzaw ir-riskji identifikati skont il-punt (a).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit