+Artikolu 38 Investigazzjonijiet ġenerali
---+Artikolu 38 1
---+Artikolu 38 2
---+Artikolu 38 3
---+Artikolu 38 4
---+Artikolu 38 5
|
Artikolu 38 Investigazzjonijiet ġenerali
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 38 1
|
1. Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-tim konġunt tal-eżaminazzjoni msemmi fl-Artikolu 40(1), jista’, fejn meħtieġ, iwettaq l-investigazzjonijiet tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 38 2
|
2. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jkollu s-setgħa li:
|
(a)
|
jeżamina r-rekords, id-data, il-proċeduri u kwalunkwe materjal ieħor rilevanti għat-twettiq tal-kompiti tiegħu, irrispettivament mill-mezz li fuqu jkunu maħżuna;
|
|
(b)
|
jieħu jew jikseb kopji ċċertifikati ta’, jew siltiet minn, tali rekords, data, proċeduri dokumentati u kwalunkwe materjal ieħor;
|
|
(c)
|
isejjaħ ir-rappreżentanti tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT għal spjegazzjonijiet bil-fomm jew bil-miktub dwar fatti jew dokumenti relatati mas-suġġett u mal-fini tal-investigazzjoni u biex jirreġistra t-tweġibiet;
|
|
(d)
|
jintervista kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika oħra li tagħti l-kunsens biex tiġi intervistata għall-fini tal-ġbir ta’ informazzjoni relatata mas-suġġett ta’ investigazzjoni;
|
|
(e)
|
jitlob rekords tat-traffiku tat-telefon u tad-data.
|
|
|
Artikolu 38 3
|
3. L-uffiċjali u persuni oħra awtorizzati mis-Sorveljant Ewlieni għall-finijiet tal-investigazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jeżerċitaw is-setgħat tagħhom billi jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub li tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni.
Dik l-awtorizzazzjoni għandha tindika wkoll il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6) fejn il-produzzjoni tar-rekords, id-data, il-proċeduri dokumentati jew kwalunkwe materjal ieħor meħtieġ, jew it-tweġibiet għall-mistoqsijiet li jsiru lir-rappreżentanti tal-fornitur terz tas-servizzi tal-ICT ma jiġux ipprovduti jew ma jkunux kompluti.
|
|
Artikolu 38 4
|
4. Ir-rappreżentanti tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT huma meħtieġa jissottomettu ruħhom għall-investigazzjonijiet abbażi ta’ deċiżjoni tas-Sorveljant Ewlieni. Id-deċiżjoni għandha tispeċifika s-suġġett u l-fini tal-investigazzjoni, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali previsti fl-Artikolu 35(6), ir-rimedji legali disponibbli skont ir-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-dritt għal rieżami tad-deċiżjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja.
|
|
Artikolu 38 5
|
5. Fi żmien xieraq qabel il-bidu tal-investigazzjoni, is-Sorveljant Ewlieni għandu jinforma lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji li jużaw is-servizzi tal-ICT ta’ dak il-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT dwar l-investigazzjoni prevista u dwar l-identità tal-persuni awtorizzati.
Is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkomunika lill-JON l-informazzjoni kollha trażmessa skont l-ewwel subparagrafu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|