1. Sabiex iwettaq dmirijietu skont dan ir-Regolament, is-Sorveljant Ewlieni, assistit mit-timijiet konġunti tal-eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 40(1), jista’ jidħol fi, u jwettaq l-ispezzjonijiet kollha meħtieġa fuq il-post fi kwalunkwe bini, art jew proprjetà tan-negozju tal-fornituri terzi ta’ servizzi tal-ICT, bħal uffiċċji prinċipali, ċentri tal-operazzjonijiet, bini sekondarju, kif ukoll iwettaq spezzjonijiet mhux fuq il-post.
Għall-finijiet tal-eżerċizzju tas-setgħat imsemmija fl-ewwel subparagrafu, is-Sorveljant Ewlieni għandu jikkonsulta mal-JON.