+Artikolu 42 Segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 42 1
---+Artikolu 42 2
---+Artikolu 42 3
---+Artikolu 42 4
---+Artikolu 42 5
---+Artikolu 42 6
---+Artikolu 42 7
---+Artikolu 42 8
---+Artikolu 42 9
---+Artikolu 42 10
---+Artikolu 42 11
|
Artikolu 42 Segwitu mill-awtoritajiet kompetenti
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 42 1
|
1. Fi żmien 60 jum kalendarju mill-wasla tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mis-Sorveljant Ewlieni skont l-Artikolu 35(1), il-punt (d), fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT għandhom jew jinnotifikaw lis-Sorveljant Ewlieni bl-intenzjoni tagħhom li jsegwu r-rakkomandazzjonijiet inkella jipprovdu spjegazzjoni motivata biex ma jsegwux tali rakkomandazzjonijiet. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jibgħat minnufih din l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-entitajiet finanzjarji kkonċernati.
|
|
Artikolu 42 2
|
2. Is-Sorveljant Ewlieni għandu jiddivulga pubblikament fejn fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT jonqos milli jinnotifika lis-Sorveljant Ewlieni f’konformità mal-paragrafu 1 jew fejn l-ispjegazzjoni pprovduta mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT ma titqiesx suffiċjenti. L-informazzjoni ppubblikata għandha tiddivulga l-identità tal-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT kif ukoll l-informazzjoni dwar it-tip u n-natura tan-nuqqas ta’ konformità. Tali informazzjoni għandha tkun limitata għal dak li huwa rilevanti u proporzjonat għall-fini li tiġi żgurata s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku, sakemm tali pubblikazzjoni ma tikkawżax ħsara sproporzjonata lill-partijiet involuti jew ma tkunx tista’ tipperikola serjament il-funzjonament tajjeb u l-integrità tas-swieq finanzjarji jew l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja kollha tal-Unjoni jew parti minnha.
Is-Sorveljant Ewlieni għandu jinnotifika lill-fornitur terz ta’ servizzi tal-ICT dwar dik id-divulgazzjoni pubblika.
|
|
Artikolu 42 3
|
3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw lill-entitajiet finanzjarji rilevanti dwar ir-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 35(1), il-punt (d).
Meta jimmaniġġjaw ir-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi, l-entitajiet finanzjarji għandhom iqisu r-riskji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
|
|
Artikolu 42 4
|
4. Fejn awtorità kompetenti tqis li entità finanzjarja tonqos milli tqis jew tindirizza b’mod suffiċjenti fi ħdan l-immaniġġjar tagħha tar-riskju relatat mal-ICT minn partijiet terzi r-riskji speċifiċi identifikati fir-rakkomandazzjonijiet, għandha tinnotifika lill-entità finanzjarja dwar il-possibbiltà li tittieħed deċiżjoni, fi żmien 60 jum kalendarju mill-wasla ta’ tali notifika, skont il-paragrafu 6, fin-nuqqas ta’ arranġamenti kuntrattwali xierqa li jkollhom l-għan li jindirizzaw tali riskji.
|
|
Artikolu 42 5
|
5. Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), u qabel ma tittieħed id-deċiżjoni kif imsemmi fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, fuq bażi volontarja, jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li jkun ġie ddeżinjat bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 42 6
|
6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu, bħala miżura tal-aħħar istanza, isegwu n-notifika u, jekk xieraq, il-konsultazzjoni kif tinsab fil-paragrafi 4 u 5 ta’ dan l-Artikolu, f’konformità mal-Artikolu 50, jieħdu deċiżjoni li tirrikjedi lill-entitajiet finanzjarji jissospendu temporanjament, parzjalment jew kompletament, l-użu jew il-varar ta’ servizz ipprovdut mill-fornitur terz kritiku ts-servizzi tal-ICT, sakemm ikunu ġew indirizzati r-riskji identifikati fir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lill-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT. Fejn meħtieġ, jistgħu jirrikjedu lill-entitajiet finanzjarji jtemmu, parzjalment jew kompletament, l-arranġamenti kuntrattwali rilevanti konklużi mal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT.
|
|
Artikolu 42 7
|
7. Fejn fornitur terz kritiku tas-servizzi tal-ICT jirrifjuta li japprova rakkomandazzjonijiet, abbażi ta’ approċċ diverġenti minn dak irrakkomandat mis-Sorveljant Ewlieni, u tali approċċ diverġenti jista’ jkollu impatt negattiv fuq għadd kbir ta’ entitajiet finanzjarji, jew parti sinifikanti mis-settur finanzjarju, u twissijiet individwali maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti ma jkunux irriżultaw f’approċċi konsistenti li jimmitigaw ir-riskju potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja, is-Sorveljant Ewlieni jista’, wara li jikkonsulta mal-Forum ta’ Sorveljanza, joħroġ opinjonijiet mhux vinkolanti u mhux pubbliċi lill-awtoritajiet kompetenti, sabiex jippromwovi miżuri ta’ segwitu superviżorji konsistenti u konverġenti, kif xieraq.
|
|
Artikolu 42 8
|
8. Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti, meta jieħdu deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iqisu t-tip u l-kobor tar-riskju li ma jkunx indirizzat mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità;
|
|
(b)
|
jekk in-nuqqas ta’ konformità żvelax dgħufijiet serji fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni, fil-ġestjoni tar-riskji u fil-kontrolli interni ta’ fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
jekk reat finanzjarju kienx iffaċilitat, ikkaġunat jew kienx attribwibbli b’mod ieħor għan-nuqqas ta’ konformità;
|
|
(d)
|
jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;
|
|
(e)
|
jekk is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali jintroduċux riskju għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tan-negozju tal-entità finanzjarja minkejja l-isforzi tal-entità finanzjarja biex tevita t-tfixkil fil-forniment tas-servizzi tagħha;
|
|
(f)
|
fejn applikabbli, l-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li tkun ġiet iddeżinjata bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, mitluba fuq bażi volontarja f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-entitajiet finanzjarji l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex ikunu jistgħu jaġġustaw l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT sabiex jiġu evitati effetti detrimentali fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom u biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28.
|
|
Artikolu 42 9
|
9. Id-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu għandha tiġi notifikata lill-membri tal-Forum ta’ Sorveljanza msemmija fl-Artikolu 32(4), il-punti (a), (b) u (c), u lill-JON.
Il-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT affettwati mid-deċiżjonijiet previsti fil-paragrafu 6 għandhom jikkooperaw bis-sħiħ mal-entitajiet finanzjarji milquta, b’mod partikolari fil-kuntest tal-proċess ta’ sospensjoni jew terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali tagħhom.
|
|
Artikolu 42 10
|
10. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinformaw b’mod regolari lis-Sorveljant Ewlieni dwar l-approċċi u l-miżuri meħuda fil-kompiti superviżorji tagħhom b’rabta mal-entitajiet finanzjarji, kif ukoll dwar l-arranġamenti kuntrattwali konklużi minn entitajiet finanzjarji fejn fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT ma jkunux approvaw parzjalment jew kompletament ir-rakkomandazzjonijiet indirizzati lilhom mis-Sorveljant Ewlieni.
|
|
Artikolu 42 11
|
11. Is-Sorveljant Ewlieni jista’, fuq talba, jipprovdi aktar kjarifiki dwar ir-rakkomandazzjonijiet maħruġa biex jiggwida lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-miżuri ta’ segwitu.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|