8. Mal-wasla tar-rapporti msemmija fl-Artikolu 35(1), il-punt (c), l-awtoritajiet kompetenti, meta jieħdu deċiżjoni kif imsemmija fil-paragrafu 6 ta’ dan l-Artikolu, għandhom iqisu t-tip u l-kobor tar-riskju li ma jkunx indirizzat mill-fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, kif ukoll is-serjetà tan-nuqqas ta’ konformità, filwaqt li jikkunsidraw il-kriterji li ġejjin:
|
(a)
|
il-gravità u t-tul ta’ żmien tan-nuqqas ta’ konformità;
|
|
(b)
|
jekk in-nuqqas ta’ konformità żvelax dgħufijiet serji fil-proċeduri, fis-sistemi ta’ ġestjoni, fil-ġestjoni tar-riskji u fil-kontrolli interni ta’ fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT;
|
|
(c)
|
jekk reat finanzjarju kienx iffaċilitat, ikkaġunat jew kienx attribwibbli b’mod ieħor għan-nuqqas ta’ konformità;
|
|
(d)
|
jekk in-nuqqas ta’ konformità twettaqx intenzjonalment jew b’negliġenza;
|
|
(e)
|
jekk is-sospensjoni jew it-terminazzjoni tal-arranġamenti kuntrattwali jintroduċux riskju għall-kontinwità tal-operazzjonijiet tan-negozju tal-entità finanzjarja minkejja l-isforzi tal-entità finanzjarja biex tevita t-tfixkil fil-forniment tas-servizzi tagħha;
|
|
(f)
|
fejn applikabbli, l-opinjoni tal-awtoritajiet kompetenti ddeżinjati jew stabbiliti f’konformità mad-Direttiva (UE) 2022/2555 responsabbli għas-superviżjoni ta’ entità essenzjali jew importanti soġġetta għal dik id-Direttiva, li tkun ġiet iddeżinjata bħala fornitur terz kritiku ta’ servizzi tal-ICT, mitluba fuq bażi volontarja f’konformità mal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu lill-entitajiet finanzjarji l-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex ikunu jistgħu jaġġustaw l-arranġamenti kuntrattwali ma’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT sabiex jiġu evitati effetti detrimentali fuq ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tagħhom u biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-istrateġiji ta’ ħruġ u l-pjanijiet ta’ tranżizzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 28.