+Artikolu 46 Awtoritajiet kompetenti
---+Artikolu 46 (a)
---+Artikolu 46 (b)
---+Artikolu 46 (c)
---+Artikolu 46 (d)
---+Artikolu 46 (e)
---+Artikolu 46 (f)
---+Artikolu 46 (g)
---+Artikolu 46 (h)
---+Artikolu 46 (i)
---+Artikolu 46 (j)
---+Artikolu 46 (k)
---+Artikolu 46 (l)
---+Artikolu 46 (m)
---+Artikolu 46 (n)
---+Artikolu 46 (o)
---+Artikolu 46 (p)
---+Artikolu 46 (q)
|
Artikolu 46 Awtoritajiet kompetenti
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar il-Qafas ta’ Sorveljanza għal fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT imsemmija fil-Kapitolu V, Taqsima II, ta’ dan ir-Regolament, il-konformità ma’ dan ir-Regolament għandha tiġi żgurata mill-awtoritajiet kompetenti li ġejjin f’konformità mas-setgħat mogħtija mill-atti legali rispettivi:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 46 (a)
|
għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u għall-istituzzjonijiet eżentati skont id-Direttiva 2013/36/UE, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dik id-Direttiva, u għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu kklassifikati bħala sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 6(4) tar-Regolament (UE) Nru 1024/2013, il-BĊE f’konformità mas-setgħat u l-kompiti kkonferiti minn dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 46 (b)
|
għall-istituzzjonijiet ta’ pagament, inkluż l-istituzzjonijiet ta’ pagament eżentati skont id-Direttiva (UE) 2015/2366, l-istituzzjonijiet tal-flus elettroniċi, inkluż dawk eżentati skont id-Direttiva 2009/110/KE, u l-fornituri ta’ servizzi ta’ informazzjoni dwar il-kontijiet kif imsemmi fl-Artikolu 33(1) tad-Direttiva (UE) 2015/2366, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 22 tad-Direttiva (UE) 2015/2366;
|
|
Artikolu 46 (c)
|
għad-ditti tal-investiment, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2019/2034 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (38);
|
|
Artikolu 46 (d)
|
għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi kif awtorizzat skont ir-Regolament dwar is-swieq fil-kriptoassi u emittenti ta’ tokens irreferenzjati ma’ assi, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mad-dispożizzjoni rilevanti ta’ dak ir-Regolament;
|
|
Artikolu 46 (e)
|
għad-depożitorji ċentrali tat-titoli, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) Nru 909/2014;
|
|
Artikolu 46 (f)
|
għall-kontropartijiet ċentrali, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 46 (g)
|
għaċ-ċentri ta’ negozjar u l-fornituri ta’ servizzi ta’ rappurtar ta’ data, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 67 tad-Direttiva 2014/65/UE, u l-awtorità kompetenti kif definita fl-Artikolu 2(1), il-punt (18), tar-Regolament (UE) Nru 600/2014;
|
|
Artikolu 46 (h)
|
għar-repożitorji tat-tranżazzjonijiet, l-awtorità kompetenti ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 22 tar-Regolament (UE) Nru 648/2012;
|
|
Artikolu 46 (i)
|
għall-maniġers ta’ fondi ta’ investiment alternattiv, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 44 tad-Direttiva 2011/61/UE;
|
|
Artikolu 46 (j)
|
għall-kumpaniji ta’ maniġment, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 97 tad-Direttiva 2009/65/KE;
|
|
Artikolu 46 (k)
|
għall-impriżi tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 30 tad-Direttiva 2009/138/KE;
|
|
Artikolu 46 (l)
|
għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni, l-intermedjarji tar-riassigurazzjoni u l-intermedjarji tal-assigurazzjoni anċillari, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva (UE) 2016/97;
|
|
Artikolu 46 (m)
|
għall-istituzzjonijiet għall-provvista ta’ rtirar okkupazzjonali, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 47 tad-Direttiva (UE) 2016/2341;
|
|
Artikolu 46 (n)
|
għall-aġenziji ta’ klassifikazzjoni tal-kreditu, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (KE) Nru 1060/2009;
|
|
Artikolu 46 (o)
|
għall-amministraturi ta’ parametru referenzjarju ta’ importanza kritika, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikoli 40 u 41 tar-Regolament (UE) 2016/1011;
|
|
Artikolu 46 (p)
|
għall-fornituri ta’ servizz ta’ finanzjament kollettiv, l-awtorità kompetenti ddeżinjata f’konformità mal-Artikolu 29 tar-Regolament (UE) 2020/1503;
|
|
Artikolu 46 (q)
|
għar-repożitorji tat-titolizzazzjonijiet, l-awtorità kompetenti ddeżinjati f’konformità mal-Artikoli 10 u 14(1) tar-Regolament (UE) 2017/2402.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|