|
+Artikolu 14 7. |
Artikolu 14 7.In-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu sottomessi permezz tal-pjattaforma unika ta’ rapportar imsemmija fl-Artikolu 16 bl-użu ta’ wieħed mill-punti tat-tmiem tan-notifiki elettroniċi msemmija fl-Artikolu 16(1). In-notifika għandha tiġi sottomessa bl-użu tal-punt tat-tmiem tan-notifika elettronika tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur tal-Istat Membru fejn il-manifatturi jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom fl-Unjoni u għandha tkun aċċessibbli simultanjament għall-ENISA. Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, manifattur għandu jitqies li jkollu s-sede prinċipali tiegħu fl-Unjoni fl-Istat Membru fejn jittieħdu l-biċċa l-kbir tad-deċiżjonijiet relatati maċ-ċibersigurtà tal-prodotti tiegħu b’elementi diġitali. Jekk tali Stat Membru ma jkunx jista’ jiġi ddeterminat, is-sede prinċipali għandha titqies li tkun fl-Istat Membru fejn il-manifattur ikkonċernat ikollu l-istabbiliment bl-akbar numru ta’ impjegati fl-Unjoni. Meta manifattur ma jkollu l-ebda sede prinċipali fl-Unjoni, huwa għandu jissottometti n-notifiki msemmija fil-paragrafi 1 u 3 bl-użu tal-punt tat-tmiem tan-notifika elettronika tas-CSIRT maħtura bħala koordinatur fl-Istat Membru ddeterminat skont l-ordni li ġejja u abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-manifattur:
(a)
l-Istat Membru fejn ikun stabbilit ir-rappreżentant awtorizzat li jaġixxi f’isem il-manifattur għall-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur;
(b)
l-Istat Membru fejn l-importatur li jintroduċi fis-suq l-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur ikun stabbilit;
(c)
l-Istat Membru fejn id-distributur li jqiegħed għad-dispożizzjoni fis-suq l-ogħla numru ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur ikun stabbilit;
(d)
l-Istat Membru fejn ikun jinsab l-ogħla għadd ta’ utenti ta’ prodotti b’elementi diġitali ta’ dak il-manifattur. Fir-rigward tat-tielet subparagrafu, il-punt (d), manifattur jista’ jissottometti notifiki b’rabta ma’ kwalunkwe vulnerabbiltà sfruttata b’mod attiv jew inċident serju li jkollu impatt fuq is-sigurtà tal-prodott b’elementi diġitali sussegwenti lill-istess CSIRT maħtura bħala koordinatur li lilha jkun irrapporta l-ewwel darba. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|