+Artikolu 19 2.

Artikolu 19 2.

Qabel ma jintroduċu prodott b’elementi diġitali fis-suq, l-importaturi għandhom jiżguraw li:

(a) 

il-manifattur ikun wettaq il-proċeduri ta’ valutazzjoni ta’ konformità xierqa kif imsemmija fl-Artikolu 32;

(b) 

il-manifattur ikun fassal id-dokumentazzjoni teknika;

(c) 

il-prodott b’elementi diġitali jkollu l-markatura CE msemmija fl-Artikolu 30 u jkun akkumpanjat mid-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE msemmi fl-Artikolu 13(20) u l-informazzjoni u l-istruzzjonijiet għall-utent kif stabbilit fl-Anness II b’lingwa li tista’ tinftiehem faċilment mill-utenti u mill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq;

(d) 

il-manifattur ikun ikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 13(15), (16) u (19).

Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu, l-importaturi għandhom ikunu jistgħu jipprovdu d-dokumenti meħtieġa li jagħtu prova tal-issodisfar tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit