+Artikolu 19 3.
|
Artikolu 19 3.
Meta importatur iqis jew ikollu raġuni biex jemmen li prodott b’elementi diġitali jew il-proċessi stabbiliti mill-manifattur ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament, l-importatur ma għandux jintroduċi l-prodott fis-suq sakemm dak il-prodott jew dawk il-proċessi stabbiliti mill-manifattur isiru konformi ma’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, meta l-prodott b’elementi diġitali jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà, l-importatur għandu jinforma lill-manifattur u lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan. Meta importatur ikollu raġuni biex jemmen li prodott b’elementi diġitali jista’ jippreżenta riskju sinifikanti għaċ-ċibersigurtà fid-dawl ta’ fatturi ta’ riskju mhux tekniċi, l-importatur għandu jinforma lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq dwar dan. Malli jirċievu tali informazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom isegwu l-proċeduri msemmija fl-Artikolu 54(2).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|