+Artikolu 49 Eżerċizzji finanzjarji transsettorjali, komunikazzjoni u kooperazzjoni
---+Artikolu 49 1
---+Artikolu 49 2

Artikolu 49 Eżerċizzji finanzjarji transsettorjali, komunikazzjoni u kooperazzjoni

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1

1.   L-ASE, permezz tal-Kumitat Konġunt u f’kollaborazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti, l-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni nazzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/59/UE, il-BĊE, il-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ informazzjoni relatata ma’ entitajiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 806/2014, il-BERS u l-ENISA, kif xieraq, jistgħu jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu l-kondiviżjoni ta’ prattiki effettivi fis-setturi finanzjarji kollha biex itejbu s-sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjoni u jidentifikaw vulnerabbiltajiet u riskji ċibernetiċi komuni fis-setturi kollha.

Huma jistgħu jiżviluppaw eżerċizzji ta’ maniġġar ta’ kriżijiet u ta’ kontinġenza li jinvolvu xenarji ta’ attakki ċibernetiċi bil-ħsieb li jiżviluppaw mezzi ta’ komunikazzjoni u gradwalment jippermettu rispons koordinat effettiv fil-livell tal-Unjoni fil-każ ta’ inċident transfruntier kbir relatat mal-ICT jew theddida relatata li jkollha impatt sistemiku fuq is-settur finanzjarju tal-Unjoni kollu kemm hu.

Dawk l-eżerċizzji jistgħu, kif xieraq, jittestjaw ukoll id-dipendenzi tas-settur finanzjarju fuq setturi ekonomiċi oħra.

Artikolu 49 2

2.   L-awtoritajiet kompetenti, l-ASE u l-BĊE għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin u jiskambjaw informazzjoni biex iwettqu dmirijiethom skont l-Artikoli 47 sa 54. Huma għandhom jikkoordinaw mill-qrib is-superviżjoni tagħhom sabiex jidentifikaw u jirrimedjaw il-ksur ta’ dan ir-Regolament, jiżviluppaw u jippromwovu l-aħjar prattiki, jiffaċilitaw il-kollaborazzjoni, irawmu l-konsistenza fl-interpretazzjoni u jipprovdu valutazzjonijiet transġuriżdizzjonali fil-każ ta’ kwalunkwe nuqqas ta’ qbil.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit