+Artikolu 23 2.

Artikolu 23 2.

B'mod partikolari, kull miżura leġiżlattiva msemmija fil-paragrafu 1 għandu jkun fiha dispożizzjonijiet speċifiċi tal-inqas, fejn rilevanti, dwar:

(a) 

il-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar,

(b) 

il-kategoriji ta' data personali,

(c) 

l-ambitu tar-restrizzjonijiet introdotti,

(d) 

is-salvagwardji għall-prevenzjoni tal-abbuż jew tal-aċċess jew it-trasferiment illegali;

(e) 

l-ispeċifikazzjoni tal-kontrollur jew il-kategoriji tal-kontrolluri,

(f) 

il-perijodi ta' ħażna u s-salvagwardji applikabbli b'kont meħud tan-natura, l-ambitu u l-finijiet tal-ipproċessar jew il-kategoriji tal-ipproċessar;

(g) 

ir-riskji għad-drittijiet u l-libertajiet tas-suġġetti tad-data; u

(h) 

id-dritt tas-suġġetti tad-data li jkunu infurmati dwar ir-restrizzjoni, sakemm dak ma jistax jippreġudika l-finijiet tar-restrizzjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit