|
+Artikolu 40 2. |
Artikolu 40 2.Assoċjazzjonijiet u korpi oħrajn li jirrappreżentaw kategoriji ta' kontrolluri jew proċessuri jistgħu jħejju kodiċijiet ta' kondotta, jew jemendaw jew jestendu dawn il-kodiċijiet, bil-għan li jispeċifikaw l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, bħal fil-rigward ta':
(a)
l-ipproċessar ġust u trasparenti;
(b)
l-interessi leġittimi segwiti mill-kontrolluri f'kuntesti speċifiċi;
(c)
il-ġbir tad-data personali;
(d)
il-psewdonimizzazzjoni ta' data personali;
(e)
l-informazzjoni provduta lill-pubbliku u lis-suġġetti tad-data;
(f)
l-eżerċitar tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data;
(g)
l-informazzjoni provduta lil, u l-protezzjoni ta', minorenni, u l-mod kif jinkiseb il-kunsens tad-detenturi tar-responsabbiltà ta' ġenituri fir-rigward ta' minorenni;
(h)
il-miżuri u l-proċeduri msemmija fl-Artikoli 24 u 25 u l-miżuri biex jiżguraw is-sigurtà tal-ipproċessar imsemmija fl-Artikolu 32;
(i)
in-notifika ta' ksur ta' data personali lill-awtoritajiet superviżorji u l-komunikazzjoni ta' tali ksur ta' data personali lis-suġġetti tad-data;
(j)
trasferiment ta' data personali lil pajjiżi terzi jew organizzazzjonijiet internazzjonali; jew
(k)
proċeduri barra l-qorti u proċeduri oħrajn ta' riżoluzzjoni ta' tilwim għas-soluzzjoni ta' tilwim bejn il-kontrolluri u s-suġġetti tad-data fir-rigward tal-ipproċessar, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet tas-suġġetti tad-data skont l-Artikoli 77 u 79. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|