+Artikolu 58 1
|
Artikolu 58 1
1. Sas-17 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-BERS, kif xieraq, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rieżami għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
|
(a)
|
il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 31(2);
|
|
(b)
|
in-natura volontarja tan-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti msemmija fl-Artikolu 19;
|
|
(c)
|
ir-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12) u s-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni previsti fl-Artikolu 35(1), il-punt (d), il-punt (iv), l-ewwel inċiż, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-effettività ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iżgurar tas-sorveljanza effettiva tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, u n-neċessità li tiġi stabbilita sussidjarja fl-Unjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, ir-rieżami għandu jinkludi analiżi tar-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12), inkluż f’termini ta’ aċċess għall-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni għal servizzi minn pajjiżi terzi u d-disponibbiltà ta’ tali servizzi fis-suq tal-Unjoni u għandu jqis żviluppi ulterjuri fis-swieq għas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, l-esperjenza prattika tal-entitajiet finanzjarji u tas-superviżuri finanzjarji fir-rigward tal-applikazzjoni u, rispettivament, is-superviżjoni ta’ dak ir-reġim, u kwalunkwe żvilupp regolatorju u superviżorju rilevanti li jseħħ fil-livell internazzjonali.
|
|
(d)
|
l-adegwatezza tal-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (e), bl-użu ta’ sistemi ta’ bejgħ awtomatizzati, fid-dawl ta’ żviluppi futuri tas-suq dwar l-użu ta’ tali sistemi;
|
|
(e)
|
il-funzjonament u l-effettività tal-JON fl-appoġġ għall-konsistenza tas-sorveljanza u l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-Qafas ta’ Sorveljanza.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|