+Artikolu 58 Klawsola ta’ rieżami
---+Artikolu 58 1
---+Artikolu 58 2
---+Artikolu 58 3

Artikolu 58 Klawsola ta’ rieżami

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 58 1

1.   Sas-17 ta’ Jannar 2028, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta mal-EBA, l-ESMA, l-EIOPA u l-BERS, kif xieraq, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva. Ir-rieżami għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:

(a)

il-kriterji għad-deżinjazzjoni ta’ fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT f’konformità mal-Artikolu 31(2);

(b)

in-natura volontarja tan-notifika ta’ theddid ċibernetiku sinifikanti msemmija fl-Artikolu 19;

(c)

ir-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12) u s-setgħat tas-Sorveljant Ewlieni previsti fl-Artikolu 35(1), il-punt (d), il-punt (iv), l-ewwel inċiż, bil-ħsieb li tiġi evalwata l-effettività ta’ dawk id-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-iżgurar tas-sorveljanza effettiva tal-fornituri terzi kritiċi ta’ servizzi tal-ICT stabbiliti f’pajjiż terz, u n-neċessità li tiġi stabbilita sussidjarja fl-Unjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-punt, ir-rieżami għandu jinkludi analiżi tar-reġim imsemmi fl-Artikolu 31(12), inkluż f’termini ta’ aċċess għall-entitajiet finanzjarji tal-Unjoni għal servizzi minn pajjiżi terzi u d-disponibbiltà ta’ tali servizzi fis-suq tal-Unjoni u għandu jqis żviluppi ulterjuri fis-swieq għas-servizzi koperti minn dan ir-Regolament, l-esperjenza prattika tal-entitajiet finanzjarji u tas-superviżuri finanzjarji fir-rigward tal-applikazzjoni u, rispettivament, is-superviżjoni ta’ dak ir-reġim, u kwalunkwe żvilupp regolatorju u superviżorju rilevanti li jseħħ fil-livell internazzjonali.

(d)

l-adegwatezza tal-inklużjoni fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament tal-entitajiet finanzjarji msemmija fl-Artikolu 2(3), il-punt (e), bl-użu ta’ sistemi ta’ bejgħ awtomatizzati, fid-dawl ta’ żviluppi futuri tas-suq dwar l-użu ta’ tali sistemi;

(e)

il-funzjonament u l-effettività tal-JON fl-appoġġ għall-konsistenza tas-sorveljanza u l-effiċjenza tal-iskambju ta’ informazzjoni fi ħdan il-Qafas ta’ Sorveljanza.

Artikolu 58 2

2.   Fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar reżiljenza ċibernetika ta’ sistemi ta’ pagament u attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti u l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal operaturi ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bħala parti mir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn sas-17 ta’ Lulju 2023.

Abbażi ta’ dak ir-rapport ta’ rieżami, u wara konsultazzjoni mal-ESAs, il-BĊE u l-BERS, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta, fejn xieraq u bħala parti mill-proposta leġiżlattiva li tista’ tadotta skont l-Artikolu 108, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/2366, proposta biex tiżgura li l-operaturi kollha ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti jkunu soġġetti għal sorveljanza xierqa, filwaqt li titqies is-sorveljanza eżistenti mill-bank ċentrali.

Artikolu 58 3

3.   Sas-17 ta’ Jannar 2026, il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-ASE u l-Kumitat ta’ Korpi Ewropej għas-Sorveljanza tal-Awditjar, twettaq rieżami u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposta leġiżlattiva, dwar l-adegwatezza ta’ rekwiżiti msaħħa għal awdituri statutorji u ditti tal-awditjar fir-rigward tar-reżiljenza operazzjonali diġitali, permezz tal-inklużjoni ta’ awdituri statutorji u ditti tal-awditjar fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jew permezz ta’ emendi għad-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (39).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit

Kwistjonijiet marbuta

Links
Tip ta’ link Kwistjoni
is part of Taqsima I