2. Fil-kuntest tar-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ħtieġa għal aktar reżiljenza ċibernetika ta’ sistemi ta’ pagament u attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti u l-adegwatezza li jiġi estiż il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għal operaturi ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti. Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, bħala parti mir-rieżami tad-Direttiva (UE) 2015/2366, rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill mhux aktar tard minn sas-17 ta’ Lulju 2023.
Abbażi ta’ dak ir-rapport ta’ rieżami, u wara konsultazzjoni mal-ESAs, il-BĊE u l-BERS, il-Kummissjoni tista’ tippreżenta, fejn xieraq u bħala parti mill-proposta leġiżlattiva li tista’ tadotta skont l-Artikolu 108, it-tieni paragrafu, tad-Direttiva (UE) 2015/2366, proposta biex tiżgura li l-operaturi kollha ta’ sistemi ta’ pagament u entitajiet involuti f’attivitajiet ta’ pproċessar ta’ pagamenti jkunu soġġetti għal sorveljanza xierqa, filwaqt li titqies is-sorveljanza eżistenti mill-bank ċentrali.