|
+Artikolu 31 1. |
Artikolu 31 1.F'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu l-inklużjoni fl-Ekwità Komuni ta' Grad 1, ta' strumenti kapitali li jikkonformaw tal-inqas mal-kondizzjonijiet stipulati fil-punti (b) sa (e) tal-Artikolu 28(1) meta l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin jiġu sodisfatti:
(a)
l-istrumenti kapitali jkunu nħarġu wara 1 ta’ Jannar 2014
(b)
il-Kummissjoni tqis l-istrumenti kapitali bħala għajnuna mill-istat;
(c)
l-istrumenti kapitali jinħarġu fil-kuntest ta' miżuri ta' rikapitalizzazzjoni skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat eżistenti dak iż-żmien;
(d)
l-istrumenti kapitali huma kollha sottoskritti u miżmuma mill-Istat jew minn awtorità pubblika rilevanti jew entità ta' proprjetà pubblika;
(e)
l-istrumenti kapitali jistgħu jassorbu telf;
(f)
ħlief għall-istrumenti ta' kapital imsemmija fl-Artikolu 27, f'każ ta' likwidazzjoni, l-istrumenti kapitali jagħtu d-dritt lill-proprjetarji tagħhom biex jitolbu għall-assi residwi tal-istituzzjoni wara l-pagament tal-pretensjonijiet prijoritarji kollha;
(g)
hemm mekkaniżmi ta' ħruġ adegwati tal-Istat jew, fejn applikabbli, awtorità pubblika jew entità ta' proprjetà pubblika rilevanti;
(h)
l-awtorità kompetenti tat il-permess tagħha minn qabel u ppubblikat id-deċiżjoni tagħha flimkien ma spjegazzjoni ta' dik id-deċiżjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|