+Artikolu 48 3.

Artikolu 48 3.

Għall-fini tal-paragrafu 1, istituzzjoni għandha tiddetermina l-porzjon ta' assi ta' taxxa differita fl-ammont totali ta' elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas billi jiġi diviż l-ammont speċifikat fil-punt (a) ta' dan il-paragrafu bl-ammont speċifikat fil-punt (b) ta' dan il-paragrafu:

(a) 

l-ammont ta' assi ta' taxxa differita li jiddependi fuq il-profittabilità futura u li ġej minn differenzi temporanji, u li fl-aggregat huma ugwali għal jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni ta' Grad 1 tal-isituzzjonijiet;

(b) 

it-total ta' dan li ġej:

(i) 

l-ammont imsemmi fil-punt (a);

(ii) 

l-ammont ta’ holdings diretti, indiretti u sintetiċi mill-istituzzjoni tal-istrumenti ta’ fondi proprji ta’ entitajiet tas-settur finanzjarju li l-istituzzjoni għandha investiment sinifikanti fihom, u li fl-aggregat huma ugwali jew inqas minn 10 % tal-elementi tal-Ekwità Komuni tal-Grad 1 tal-isituzzjoni.

Il-proporzjon ta' investimenti sinifikanti fl-ammont totali ta' elementi li mhux meħtieġ li jiġi mnaqqas huwa ugwali għal wieħed imnaqqas mill-proporzjon imsemmi fl-ewwel subparagrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit