|
+Artikolu 78 4. |
Artikolu 78 4.L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jagħtu permess lill-istituzzjonijiet li jixtru, jifdu, jħallsu lura jew jixtru mill-ġdid strumenti ta' Grad 1 Addizzjonali jew ta' Grad 2 jew kontijiet tal-premium azzjonarju relatati matul il-ħames snin wara d-data tal-ħruġ tagħhom meta jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 u waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
ikun hemm bidla fil-klassifika regolatorja ta' dawk l-istrumenti li tkun x'aktarx tirriżulta fl-esklużjoni tagħhom mill-fondi proprji jew fir-riklassifikazzjoni tagħhom bħala fondi proprji ta' kwalità inferjuri, u jiġu ssodisfati ż-żewġ kondizzjonijiet li ġejjin:
(i)
l-awtorità kompetenti tikkunsidra li tali bidla hi suffiċjentement ċerta;
(ii)
l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li r-riklassifikazzjoni regolatorja ta' dawk l-istrumenti ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
(b)
ikun hemm bidla fit-trattament applikabbli tat-taxxa ta' dawk l-istrumenti li l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li tkun materjali u ma kinitx raġonevolment prevedibbli fil-ħin tal-ħruġ tagħhom;
(c)
l-istrumenti u l-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati għandhom anterjorità skont l-Artikolu 494b;
(d)
qabel jew fl-istess ħin tal-azzjoni msemmija fl-Artikolu 77(1), l-istituzzjoni tissostitwixxi l-istrumenti jew il-kontijiet tal-premium azzjonarju relatati msemmija fl-Artikolu 77(1) bi strumenti ta' fondi proprji li jkunu ta' kwalità ugwali jew ogħla f'termini li jkunu sostenibbli għall-kapaċità tal-introjtu tal-istituzzjoni u l-awtorità kompetenti tkun ippermettiet dik l-azzjoni abbażi tad-determinazzjoni li tkun ta' benefiċċju mil-lat prudenzjali u ġġustifikata b'ċirkostanzi eċċezzjonali;
(e)
l-istrumenti tal-Grad 1 Addizzjonali jew tal-Grad 2 jinxtraw mill-ġdid għall-finijiet tal-ġenerazzjoni tas-suq. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|