|
+Artikolu 103 1. |
Artikolu 103 1.L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:
(a)
l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;
(b)
il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;
(c)
fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':
(i)
tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;
(ii)
tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;
(iii)
tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;
(d)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;
(e)
il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;
(f)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;
(g)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tirrikklassifika riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u r-rekwiżiti għal tali riklassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104a. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|