+Artikolu 103 Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar
---+Artikolu 103 1.
---+Artikolu 103 2.
|
Artikolu 103 Ġestjoni tal-portafoll tan-negozjar
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 103 1.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-immaniġġjar globali tal-portafoll tan-negozjar. Dawn il-politiki u proċeduri għandhom mill-inqas jindirizzaw:
(a)
l-attivitajiet li l-istituzzjoni tikkunsidra bħala negozjar kummerċjali u bħala parti kostitwenti tal-portafoll tan-negozjar għall-finijiet tar-rekwiżit ta' fondi proprji;
(b)
il-punt sa fejn pożizzjoni tista' tiġi vvalutata kuljum skont il-valur tas-suq b'riferiment għal suq likwidu, attiv u bidirezzjonali;
(c)
fil-każ ta' pożizzjonijiet li jingħatalhom valur skont mudell, il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista':
(i)
tidentifika r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni;
(ii)
tiħħeġġja r-riskji materjali kollha tal-pożizzjoni bi strumenti li għalihom jeżisti suq attiv, likwidu u bidirezzjonali;
(iii)
tikseb estimi affidabbli għas-suppożizzjonijiet u l-parametri ewlenin użati fil-mudell;
(d)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, tiġġenera valwazzjonijiet għall-pożizzjoni li jistgħu jiġu vvalidati esternament b'mod konsistenti;
(e)
il-punt sa fejn ir-restrizzjonijiet legali jew rekwiżiti operazzjonali oħra jipprekludu l-abbiltà tal-istituzzjoni li teffettwa likwidazzjoni jew ħeġġ tal-pożizzjoni fuq terminu qasir;
(f)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista', u tkun obbligata li, timmaniġġja b'mod attiv ir-riskji ta' pożizzjonijiet fl-operat tan-negozjar tagħha;
(g)
il-punt sa fejn l-istituzzjoni tista' tirrikklassifika riskji jew pożizzjonijiet bejn il-portafolli mhux tan-negozjar u l-portafolli tan-negozjar u r-rekwiżiti għal tali riklassifikazzjonijiet kif imsemmi fl-Artikolu 104a.
|
|
Artikolu 103 2.
|
Fl-immaniġġjar tal-pożizzjonijiet jew tal-portafolli ta' pożizzjonijiet tagħha fil-portafoll tan-negozjar, l-istituzzjoni għandha tikkonforma mar-rekwiżiti kollha li ġejjin:
(a)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ strateġija tan-negozjar dokumentata b'mod ċar għall-pożizzjoni jew portafolli fil-portafoll tan-negozjar, li għandha tkun approvata mill-maniġment superjuri u tinkludi l-perijodu ta' holding mistenni;
(b)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri definiti b'mod ċar għall-ġestjoni attiva ta' pożizzjonijiet fil-portafoll tan-negozjar; dawk il-politiki u proċeduri għandhom jinkludu li ġejjin:
(i)
liema pożizzjonijiet jew portafolli ta' pożizzjonijiet jista' jidħol fihom kull post tan-negozjar jew, kif jista' jkun il-każ, minn negozjanti deżinjati;
(ii)
l-iffissar ta' limiti tal-pożizzjoni u li jiġu mmonitorjati għall-adegwatezza;
(iii)
l-iżgurar li n-negozjanti għandhom l-awtonomija biex jieħdu u jimmaniġġjaw il-pożizzjoni fil-limiti miftiehma u skont l-istrateġija approvata;
(iv)
l-iżgurar li l-pożizzjonijiet jiġu rrappurtati lill-maniġment superjuri bħala parti integrali mill-proċess għall-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni;
(v)
l-iżgurar li l-pożizzjonijiet ikunu mmonitorjati attivament b'referenza għal sorsi ta' informazzjoni tas-suq u li ssir valutazzjoni tal-kummerċjabbiltà jew tal-kapaċità li tiġi ħħeġġjata l-pożizzjoni jew ir-riskji tal-komponenti tagħha, inkluż il-valutazzjoni, il-kwalità u d-disponibbiltà tal-input tas-suq għall-proċess ta' valutazzjoni, il-livell tal-fatturat tas-suq, id-daqs tal-pożizzjonijiet nnegozjati fis-suq;
(vi)
il-proċeduri u kontrolli attivi kontra l-frodi;
(c)
l-istituzzjoni għandu jkollha fis-seħħ politiki u proċeduri ddefiniti b'mod ċar għall-monitoraġġ tal-pożizzjonijiet kontra l-istrateġija tan-negozjar tal-istituzzjoni, inkluż il-monitoraġġ tal-fatturat u pożizzjonijiet li għalihom il-perijodu ta' holding li kien oriġinarjament intiż ikun inqabeż.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|