+Artikolu 104a 1.

Artikolu 104a 1.

L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew, għall-kuntrarju, ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar, għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawk il-politiki tal-inqas darba fis-sena.

L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ sal-10 ta’ Lulju 2027 linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar liema ċirkostanzi eċċezzjonali huma involuti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Sakemm l-EBA toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit