+Artikolu 104a Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni
---+Artikolu 104a 1.
---+Artikolu 104a 2.
---+Artikolu 104a 3.
---+Artikolu 104a 4.
---+Artikolu 104a 5.
---+Artikolu 104a 6.
|
Artikolu 104a Riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 104a 1.
|
L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ politiki definiti b'mod ċar biex jiġu identifikati ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali li jiġġustifikaw ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni tan-negozjar bħala portafoll mhux tan-negozjar jew, għall-kuntrarju, ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar, għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom għas-sodisfazzjon tal-awtoritajiet kompetenti. L-istituzzjonijiet għandhom jirrevedu dawk il-politiki tal-inqas darba fis-sena. L-EBA għandha timmonitorja l-firxa ta' prattiki superviżorji u għandha toħroġ sal-10 ta’ Lulju 2027 linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar liema ċirkostanzi eċċezzjonali huma involuti għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu u tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Sakemm l-EBA toħroġ dawk il-linji gwida, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-EBA dwar, u jipprovdu r-raġuni għal, id-deċiżjonijiet tagħhom dwar jekk jagħtux jew le permess lil istituzzjoni biex tirriklassifika pożizzjoni kif imsemmi fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu.
|
|
Artikolu 104a 2.
|
L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħtu permess biex pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar tiġi riklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar jew għall-kuntrarju pożizzjoni fil-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar għall-fini li jiġu determinati r-rekwiżiti ta' fondi proprji tagħhom fil-każ biss meta l-istituzzjoni tkun ipprovdiet lill-awtoritajiet kompetenti b'evidenza bil-miktub li d-deċiżjoni tagħha li terġa' tikklassifika dik il-pożizzjoni hija r-riżultat ta' ċirkostanza eċċezzjonali li hija konsistenti mal-politiki li l-istituzzjoni għandha fis-seħħ skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. Għal dan il-għan, l-istituzzjoni għandha tipprovdi biżżejjed evidenza li l-pożizzjoni ma għadhiex tissodisfa l-kondizzjoni biex tiġi kklassifikata bħala pożizzjoni fil-portafoll tan-negozjar jew mhux tan-negozjar skont l-Artikolu 104. Id-deċiżjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tiġi approvata mill-korp maniġerjali.
|
|
Artikolu 104a 3.
|
Meta l-awtorità kompetenti tat il-permess għar-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni skont il-paragrafu 2, l-istituzzjoni li tirċievi dak il-permess għandha:
(a)
tiżvela pubblikament, mingħajr dewmien,
(i)
l-informazzjoni li l-pożizzjoni tagħha ġiet riklassifikata, u
(ii)
fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, id-daqs ta' dak it-tnaqqis; u
(b)
fejn l-effett ta' dik ir-riklassifikazzjoni huwa tnaqqis fir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni, ma tirrikonoxxix dak l-effett sakemm il-pożizzjoni timmatura, sakemm l-awtorità kompetenti tal-istituzzjoni tippermettihiex li tirrikonoxxi dak l-effett f'data aktar bikrija.
|
|
Artikolu 104a 4.
|
L-istituzzjoni għandha tikkalkula l-bidla netta fl-ammont tar-rekwiżiti tal-fondi proprji tagħha li tirriżulta mir-riklassifikazzjoni tal-pożizzjoni, bħala d-differenza bejn ir-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament wara r-riklassifikazzjoni u r-rekwiżiti ta' fondi proprji immedjatament qabel ir-riklassifikazzjoni, kull wieħed ikkalkulat skont l-Artikolu 92. Il-kalkolu ma għandu jieħu kont tal-effetti tal-ebda fattur ieħor apparti r-riklassifikazzjoni.
|
|
Artikolu 104a 5.
|
Ir-riklassifikazzjoni ta' pożizzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu għandha tkun irrevokabbli, ħlief fiċ-ċirkostanzi eċċezzjonali msemmija fil-paragrafu 1.
|
|
Artikolu 104a 6.
|
B'deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, istituzzjoni tista' tikklassifika mill-ġdid pożizzjoni tal-portafoll mhux tan-negozjar bħala pożizzjoni tal-portafoll tan-negozjar skont l-Artikolu 104(2), il-punt (d), mingħajr ma titlob permess mill-awtorità kompetenti tagħha. F'każ bħal dan, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu għandhom ikomplu japplikaw għall-istituzzjoni. L-istituzzjoni għandha tinnotifika minnufih lill-awtorità kompetenti tagħha meta tkun seħħet tali riklassifikazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|