+Artikolu 123a 1.

Artikolu 123a 1.

Għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 112, il-punt (h), jew għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jikkwalifikaw bħala skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (i), il-piż tar-riskju assenjat f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandu jiġi mmultiplikat b'fattur ta' 1,5 , fejn il-piż tar-riskju li jirriżulta m'għandux ikun ogħla minn 150 %, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura tkuniddenominata f'munita li hija differenti mill-munita tas-sors ta' introjtu tad-debitur;

(b) 

id-debitur ma jkollux ħeġġ għar-riskju tal-pagament tiegħu minħabba d-diskrepanza fil-munita, jew permezz ta' strument finanzjarju jew inkella introjtu minn munita barranija li jaqbel mal-munita tal-iskopertura, jew it-total ta' tali ħeġġijiet disponibbli għall-mutwatarju jkopri inqas minn 90 % ta' kull pagament parzjali għal din l-iskopertura.

Meta istituzzjoni ma tkunx tista' tagħżel dawk l-iskoperturi b'diskrepanza fil-munita, il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 għandu japplika għall-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta' residenza tad-debitur.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit