+Artikolu 123a Skoperturi b'diskrepanza fil-munita
---+Artikolu 123a 1.
---+Artikolu 123a 2.
---+Artikolu 123a 3.

Artikolu 123a Skoperturi b'diskrepanza fil-munita

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 123a 1.

Għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi imsemmija fl-Artikolu 112, il-punt (h), jew għal skoperturi għal persuni fiżiċi li jikkwalifikaw bħala skoperturi ggarantiti permezz ta' ipoteki fuq proprjetà residenzjali li jkunu assenjati għall-klassi tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 112, il-punt (i), il-piż tar-riskju assenjat f'konformità ma' dan il-Kapitolu għandu jiġi mmultiplikat b'fattur ta' 1,5 , fejn il-piż tar-riskju li jirriżulta m'għandux ikun ogħla minn 150 %, meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura tkuniddenominata f'munita li hija differenti mill-munita tas-sors ta' introjtu tad-debitur;

(b) 

id-debitur ma jkollux ħeġġ għar-riskju tal-pagament tiegħu minħabba d-diskrepanza fil-munita, jew permezz ta' strument finanzjarju jew inkella introjtu minn munita barranija li jaqbel mal-munita tal-iskopertura, jew it-total ta' tali ħeġġijiet disponibbli għall-mutwatarju jkopri inqas minn 90 % ta' kull pagament parzjali għal din l-iskopertura.

Meta istituzzjoni ma tkunx tista' tagħżel dawk l-iskoperturi b'diskrepanza fil-munita, il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5 għandu japplika għall-iskoperturi mhux iħħeġġjati kollha meta l-munita tal-iskoperturi tkun differenti mill-munita domestika tal-pajjiż ta' residenza tad-debitur.

Artikolu 123a 2.
Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu, is-sors ta' introjtu jirreferi għal kwalunkwe sors li jiġġenera flussi ta' flus lid-debitur, inkluż minn rimessi, minn introjtu mill-kiri jew minn salarji, filwaqt li jeskludi r-rikavati mill-bejgħ ta' assi jew ta' azzjonijiet ta' rikors simili mill-istituzzjoni.
Artikolu 123a 3.
B'deroga mill-paragrafu 1, meta l-par muniti msemmi fil-paragrafu 1, il-punt (a), ikun magħmul mill-euro u mill-munita ta' Stat Membru li qed jipparteċipa fit-tieni stadju tal-unjoni ekonomika u monetarja (ERM II), il-multiplikatur tal-piż tar-riskju ta' 1,5  m'għandux japplika.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit