|
+Artikolu 129 5. |
Artikolu 129 5.Bonds koperti li għalihom ma tkunx disponibbli valutazzjoni tal-kreditu direttament applikabbli minn ECAI nominata għandhom jiġu assenjati piż tar-riskju abbażi tal-piż tar-riskju assenjat lil skoperturi superjuri mhux garantiti tal-istituzzjoni li toħroġhom. Għandha tapplika l-korrispondenza li ġejja bejn il-piżijiet tar-riskju:
(a)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 20 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 10 %;
(aa)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 30 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 15 %;
(ab)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 40 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 20 %;
(b)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 50 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 25 %;
(ba)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 75 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 35 %;
(c)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 100 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 50 %;
(d)
jekk l-iskoperturi għall-istituzzjoni jiġu assenjati piż tar-riskju ta' 150 %, il-bond kopert għandu jiġi assenjat piż tar-riskju ta' 100 %. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|