|
+Artikolu 132c 3. |
Artikolu 132c 3.L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:
(a)
l-iskopertura li ma tidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni huwa impenn ta' valur minimu għal investiment f'unitajiet jew ishma ta' CIU waħda jew aktar li bihom l-istituzzjoni hija obbligata biss tħallas taħt il-impenn ta' valur minimu fejn il-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs huwa inqas mil-limitu predefinit f'punt wieħed jew aktar fiż-żmien, kif speċifikat fil-kuntratt;
(b)
is-CIU hija kwalunkwe minn dawn li ġejjin:
(i)
UCITS kif definita fid-Direttiva 2009/65/KE; jew
(ii)
AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvesti biss f'titoli trasferibbli jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn il-mandat tal-AIF ma jippermettix lieva finanzjarja ogħla minn dak permess skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;
(c)
il-valur tas-suq kurrenti tal-iskoperturi sottostanti ta' CIU sottostanti l-impenn ta' valur minimu mingħajr ma jitqies l-effett tal-impenji ta' valur minimu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikopri jew jaqbeż il-valur kurrenti il-valur kurrenti ta' limitu speċifikat fl-impenn ta' valur minimu;
(d)
meta jonqos l-eċċess tal-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs fuq il-valur attwali tal-impenn ta' valur minimu, istituzzjoni, jew impriża oħra sa fejn hija koperta mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha l-istituzzjoni stess hija soġġetta skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2002/87/KE, tista' tinfluwenza l-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs jew tillimita l-potenzjal għal aktar tnaqqis tal-eċċess b'modi oħra;
(e)
il-benefiċjarju aħħari dirett jew indirett tal-impenn ta' valur minimu huwa tipikament klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|