+Artikolu 132c Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs
---+Artikolu 132c 1.
---+Artikolu 132c 2.
---+Artikolu 132c 3.

Artikolu 132c Trattament ta' skoperturi li ma jidhrux fuq il-karta tal-bilanċ għas-CIUs

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 132c 1.

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal entrati li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ tagħhom bil-potenzjal li jiġi kkonvertit fi skoperturi fis-sura ta' unitajiet jew azzjonijiet f'CIU billi jiġu mmultiplikati l-valuri tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi kkalkolat skont l-Artikolu 111, bil-piż tar-riskju li ġej:

(a) 

għall-iskoperturi kollha li għalihom l-istituzzjonijiet jużaw wieħed mill-approċċi stipulati fl-Artikolu 132a:

image

fejn:

image

=

il-piż tar-riskju;

i

=

l-indiċi li juri s-CIU:

RWAEi

=

l-ammont kalkulat skont l-Artikolu 132a għas-CIUi;

image

=

il-valur tal-iskopertura tal-iskoperturi tas-CIUi;

Ai

=

il-valur kontabbli tal-assi tas-CIUi; u

EQi

=

il-valur kontabbli tal-ekwità tas-CIUi.

(b) 
għall-iskoperturi l-oħra kollha,

image

.
Artikolu 132c 2.
►M17  L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkulaw il-valur tal-iskopertura ta' impenn ta' valur minimu li jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu bħala l-valur preżenti skontat tal-ammont iggarantit bl-użu ta' fattur ta' skont li jiġi derivat minn rata mingħajr riskju skont l-Artikolu 325l(2) jew (3), kif applikabbli. L-istituzzjonijiet jistgħu jnaqqsu l-valur tal-iskopertura tal-impenn ta' valur minimu bi kwalunkwe telf rikonoxxut fir-rigward tal-impenn ta' valur minimu skont l-istandard kontabilistiku applikabbli. ◄

L-istituzzjonijiet għandhom jikkalkolaw l-ammont ta' skopertura ponderata għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji li jissodisfaw il-kondizzjonijiet kollha stabbiliti fil-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu billi jimmultiplikaw il-valur tal-iskopertura ta' dawk l-iskoperturi b'fattur ta' konverżjoni ta' 20 % u l-ponderazzjoni tar-riskju derivati skont l-Artikolu 132 jew 152.

Artikolu 132c 3.

L-istituzzjonijiet għandhom jiddeterminaw l-ammont tal-iskopertura ponderat għar-riskju għal skoperturi li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ li jirriżultaw minn valur minimu ta' impenji skont il-paragrafu 2 fejn jiġu ssodisfati l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

l-iskopertura li ma tidhirx fuq il-karta tal-bilanċ tal-istituzzjoni huwa impenn ta' valur minimu għal investiment f'unitajiet jew ishma ta' CIU waħda jew aktar li bihom l-istituzzjoni hija obbligata biss tħallas taħt il-impenn ta' valur minimu fejn il-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs huwa inqas mil-limitu predefinit f'punt wieħed jew aktar fiż-żmien, kif speċifikat fil-kuntratt;

(b) 

is-CIU hija kwalunkwe minn dawn li ġejjin:

(i) 

UCITS kif definita fid-Direttiva 2009/65/KE; jew

(ii) 

AIF kif definit fil-punt (a) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2011/61/UE li jinvesti biss f'titoli trasferibbli jew f'assi likwidi finanzjarji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 50(1) tad-Direttiva 2009/65/KE, fejn il-mandat tal-AIF ma jippermettix lieva finanzjarja ogħla minn dak permess skont l-Artikolu 51(3) tad-Direttiva 2009/65/KE;

(c) 

il-valur tas-suq kurrenti tal-iskoperturi sottostanti ta' CIU sottostanti l-impenn ta' valur minimu mingħajr ma jitqies l-effett tal-impenji ta' valur minimu li ma jidhrux fil-karta tal-bilanċ ikopri jew jaqbeż il-valur kurrenti il-valur kurrenti ta' limitu speċifikat fl-impenn ta' valur minimu;

(d) 

meta jonqos l-eċċess tal-valur tas-suq tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs fuq il-valur attwali tal-impenn ta' valur minimu, istituzzjoni, jew impriża oħra sa fejn hija koperta mis-superviżjoni fuq bażi konsolidata li għaliha l-istituzzjoni stess hija soġġetta skont dan ir-Regolament u d-Direttiva 2013/36/UE jew id-Direttiva 2002/87/KE, tista' tinfluwenza l-kompożizzjoni tal-iskoperturi sottostanti tas-CIU jew CIUs jew tillimita l-potenzjal għal aktar tnaqqis tal-eċċess b'modi oħra;

(e) 

il-benefiċjarju aħħari dirett jew indirett tal-impenn ta' valur minimu huwa tipikament klijent konsumatur kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit