|
+Artikolu 149 2. |
Artikolu 149 2.L-istituzzjonijiet li kisbu permess skont l-Artikolu 151(9) biex jużaw l-estimi proprji tal- LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma għandhomx jerġgħu lura għall-użu tal-valuri tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 151(8) sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ma jkunux issodisfatti:
(a)
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 151(8) għal ċerta klassi ta’ skopertura jew tip ta’ skoperturi ma jkunx ġie propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, li jkun neċessarju abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;
(b)
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|