+Artikolu 149 Kondizzjonijiet biex terġa’ lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati
---+Artikolu 149 1.
---+Artikolu 149 2.
---+Artikolu 149 3.
|
Artikolu 149 Kondizzjonijiet biex terġa’ lura għall-użu ta’ approċċi inqas sofistikati
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 149 1.
|
Istituzzjoni li tuża l-Approċċ IRB għal klassi speċifika ta’ skopertura jew tip ta’ skopertura ma għandhiex tieqaf tuża dak l-approċċ u minflok għandha tuża l-Approċċ Standardizzat għall-kalkolu tal-ammonti tal-iskopertura peżati għar-riskju sakemm ma jiġux issodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
▼M17
(a)
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-Approċċ Standardizzat ma jkunx sar bil-ħsieb li tinvolvi ruħha f'arbitraġġ regolatorju, inkluż billi tnaqqas b'mod mhux dovut ir-rekwiżiti ta' fondi proprji tal-istituzzjoni; u li jkun meħtieġ abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperti totali ta' dak it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b'mod effettiv;
▼B
(b)
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 149 2.
|
L-istituzzjonijiet li kisbu permess skont l-Artikolu 151(9) biex jużaw l-estimi proprji tal- LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni, ma għandhomx jerġgħu lura għall-użu tal-valuri tal-LGD u tal-fatturi ta’ konverżjoni msemmija fl-Artikolu 151(8) sakemm il-kondizzjonijiet li ġejjin ma jkunux issodisfatti:
(a)
l-istituzzjoni tkun uriet għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-użu tal-LGDs u tal-fatturi ta’ konverżjoni stabbiliti fl-Artikolu 151(8) għal ċerta klassi ta’ skopertura jew tip ta’ skoperturi ma jkunx ġie propost sabiex inaqqas ir-rekwiżiti tal-fondi proprji tal-istituzzjoni, li jkun neċessarju abbażi tan-natura u l-kumplessità tal-iskoperturi totali ta’ dan it-tip tal-istituzzjoni u ma jkollux impatt materjali ħażin fuq is-solvenza tal-istituzzjoni jew fuq il-kapaċità tagħha li timmaniġġja r-riskju b’mod effettiv;
(b)
l-istituzzjoni tkun irċeviet il-permess minn qabel tal-awtorità kompetenti.
|
|
Artikolu 149 3.
|
L-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2 hi soġġetta għall-kondizzjonijiet biex jitniedi l-Approċċ IRB determinat mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 148 u l-permess għall-użu parzjali permanenti msemmi fl-Artikolu 150.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|