|
+Artikolu 159 1. |
Artikolu 159 1.L-istituzzjonijiet għandhom inaqqsu l-ammonti ta' telf mistenni tal-iskoperturi msemmija fl-Artikolu 158(5), (6) u (10) mis-somma ta' dawn kollha li ġejjin:
(a)
l-aġġustamenti ġenerali u speċifiċi għar-riskju ta' kreditu relatati ma' dawk l-iskoperturi, ikkalkulati f'konformità mal-Artikolu 110;
(b)
aġġustamenti ta' valur addizzjonali minħabba inadempjenza ta' kontroparti ddeterminata f'konformità mal-Artikolu 34 u relatati ma' skoperturi li għalihom l-ammonti ta' telf mistenni jiġu kkalkulati f'konformità mal-Artikolu 158(5), (6) u (10);
(c)
tnaqqis ieħor fil-fondi proprji relatat ma' dawk l-iskoperturi minbarra t-tnaqqis li sar f'konformità mal-Artikolu 36(1), il-punt (m). Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont pożittiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ “eċċess tal-IRB”. Meta l-kalkolu mwettaq f'konformità mal-ewwel subparagrafu jirriżulta f'ammont negattiv, l-ammont miksub għandu jissejjaħ “nuqqas tal-IRB”. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|