|
+Artikolu 181 1. |
Artikolu 181 1.Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:
(a)
l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew l-aggregat tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data (medja ppeżata tal-inadempjenzi);
(b)
l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma adatti għal fażi ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;
(c)
istituzzjoni għandha tikkunsidra l-firxa ta' kwalunkwe dipendenza bejn, minn naħa, ir-riskju tad-debitur u, min-naħa l-oħra, dak tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, jew il-fornitur tagħha.;
(d)
id-diskrepanzi fil-munita bejn l-obbligu sottostanti u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għandhom jiġu ttrattati b'mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-LGD tal-istituzzjoni;
(e)
sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, dawk l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur stmat tas-suq tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata;
(f)
sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni, għaċ-ċertezza legali u għall-ġestjoni tar-riskju ta' dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, u dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġeneralment konsistenti ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 1;
(g)
sa fejn li istituzzjoni tirrikonoxxi protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti f'konformità mal-Kapitolu 6, Taqsima 5 jew 6, kwalunkwe ammont li jkun mistenni li jiġi rkuprat minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;
(h)
għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-istima tagħha taż-żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali possibbli mhux mistenni matul il-perijodu ta’ rkupru, jiġifieri bejn id-data tal-inadempjenza u l-likwidazzjoni finali tal-iskopertura;
(i)
sa fejn it-tariffi għal pagamenti tard, imposti fuq id-debitur qabel il-ħin tal-inadempjenza, ikunu ġew ikkapitalizzati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu mal-kalkolu tal-iskopertura u tat-telf tal-istituzzjoni;
(j)
għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed, jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu l-istituzzjonijiet għandhom iqisu b'mod adegwat l-irkupri realizzati matul il-proċessi ta' rkupru rilevanti minn kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata kif ukoll mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 142(1), il-punt (10). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), każijiet li fihom ikun hemm grad sinifikanti ta' dipendenza għandhom jiġu indirizzati b'mod konservattiv. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istimi tal-LGD għandhom iqisu l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet li jieħdu kontroll malajr tal-kollateral tagħhom u jillikwidawh. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|