+Artikolu 181 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD
---+Artikolu 181 1.
---+Artikolu 181 2.
---+Artikolu 181 3.
---+Artikolu 181 4.
---+Artikolu 181 5.

Artikolu 181 Rekwiżiti speċifiċi għall-istimi proprji tal-LGD

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 181 1.

Fil-kwantifikazzjoni tal-parametri tar-riskju li jridu jkunu assoċjati mal-gradi jew l-aggregazzjonijiet ta’ klassifikazzjoni, l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin speċifiċi għal stimi proprji tal-LGD:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandhom jistmaw l-LGDs skont il-grad jew l-aggregazzjoni tal-faċilità abbażi tal-medja ta’ LGDs realizzati skont il-grad jew l-aggregat tal-faċilità billi jużaw l-inadempjenzi osservati kollha fis-sorsi tad-data (medja ppeżata tal-inadempjenzi);

(b) 

l-istituzzjonijiet għandhom jużaw l-istimi tal-LGD li huma adatti għal fażi ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku jekk dawn ikunu aktar konservattivi mill-medja fuq perijodu twil. Sakemm sistema ta’ klassifikazzjoni tkun mistennija li tipproduċi LGDs realizzati b’konsistenza skont il-grad jew l-aggregazzjoni tul iż-żmien, l-istituzzjonijiet għandhom jagħmlu aġġustamenti fl-istimi tagħhom tal-parametri tar-riskju skont il-grad jew l-aggregazzjoni sabiex jillimitaw l-impatt kapitali ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku;

▼M17

(c) 

istituzzjoni għandha tikkunsidra l-firxa ta' kwalunkwe dipendenza bejn, minn naħa, ir-riskju tad-debitur u, min-naħa l-oħra, dak tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, jew il-fornitur tagħha.;

(d) 

id-diskrepanzi fil-munita bejn l-obbligu sottostanti u l-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għandhom jiġu ttrattati b'mod konservattiv fil-valutazzjoni tal-LGD tal-istituzzjoni;

(e) 

sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, dawk l-istimi ma għandhomx ikunu bbażati biss fuq il-valur stmat tas-suq tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata;

(f) 

sa fejn li l-istimi tal-LGD iqisu l-eżistenza tal-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra l-ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, l-istituzzjonijiet għandhom jistabbilixxu rekwiżiti interni għall-ġestjoni, għaċ-ċertezza legali u għall-ġestjoni tar-riskju ta' dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata, u dawk ir-rekwiżiti għandhom ikunu ġeneralment konsistenti ma' dawk stabbiliti fil-Kapitolu 4, it-Taqsima 3, is-Subtaqsima 1;

(g) 

sa fejn li istituzzjoni tirrikonoxxi protezzjoni ta' kreditu finanzjata, minbarra ftehimiet ewlenin ta' netting u n-netting fil-karta tal-bilanċ ta' self u ta' depożiti, għad-determinazzjoni tal-valur tal-iskopertura għar-riskju ta' kreditu tal-kontroparti f'konformità mal-Kapitolu 6, Taqsima 5 jew 6, kwalunkwe ammont li jkun mistenni li jiġi rkuprat minn dik il-protezzjoni ta' kreditu finanzjata ma għandux jitqies fl-istimi tal-LGD;

▼B

(h) 

għall-każ speċifiku ta’ skoperturi diġà f’inadempjenza, l-istituzzjoni għandha tuża s-somma tal-aqwa stima tagħha ta’ telf mistenni għal kull skopertura fiċ-ċirkostanzi ekonomiċi attwali u l-istat tal-iskopertura u l-istima tagħha taż-żieda fir-rata tat-telf ikkawżata minn telf addizzjonali possibbli mhux mistenni matul il-perijodu ta’ rkupru, jiġifieri bejn id-data tal-inadempjenza u l-likwidazzjoni finali tal-iskopertura;

▼M17

(i) 

sa fejn it-tariffi għal pagamenti tard, imposti fuq id-debitur qabel il-ħin tal-inadempjenza, ikunu ġew ikkapitalizzati fir-rapport tal-introjtu tal-istituzzjoni, dawn għandhom jiżdiedu mal-kalkolu tal-iskopertura u tat-telf tal-istituzzjoni;

(j) 

għal skoperturi għal korporattivi, istituzzjonijiet, gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, u gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq perijodu minimu ta’ ħames snin, u jiżdiedu b’sena kull sena wara l-implimentazzjoni sakemm jintlaħaq minimu ta’ seba’ snin, għal mill-inqas sors ta’ data wieħed, jekk il-perijodu ta’ osservazzjoni disponibbli jieħu perijodu itwal għal xi sors, u din id-data tkun rilevanti, għandu jintuża dan il-perijodu itwal.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu l-istituzzjonijiet għandhom iqisu b'mod adegwat l-irkupri realizzati matul il-proċessi ta' rkupru rilevanti minn kwalunkwe tip ta' protezzjoni ta' kreditu finanzjata kif ukoll mill-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata li ma jaqgħux taħt id-definizzjoni fl-Artikolu 142(1), il-punt (10).

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), każijiet li fihom ikun hemm grad sinifikanti ta' dipendenza għandhom jiġu indirizzati b'mod konservattiv.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (e), l-istimi tal-LGD għandhom iqisu l-effett tal-inabbiltà potenzjali tal-istituzzjonijiet li jieħdu kontroll malajr tal-kollateral tagħhom u jillikwidawh.

Artikolu 181 2.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istituzzjonijiet jistgħu jagħmlu dan li ġej:

(a) 

jidderivaw l-istimi tal-LGD minn telf realizzat u l-istimi adatti tal-PDs;

▼M17

(b) 

jirriflettu ġbid futur jew fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom jew fl-istimi tagħhom tal-LGD;

▼B

(c) 

Għal riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumatur jużaw data ta’ referenza esterna u interna sabiex jistmaw l-LGDs.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), meta l-istituzzjonijiet jinkludu ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fl-LGD kemm fin-numeratur kif ukoll fid-denominatur. Meta l-istituzzjonijiet ma jinkludux ġbid addizzjonali futur fil-fatturi ta' konverżjoni tagħhom, dawk għandhom jitqiesu fin-numeratur tal-LGD biss.

Għal skoperturi fil-livell tal-konsumatur, l-istimi tal-LGD għandhom ikunu bbażati fuq data fuq minimu ta' ħames snin. Soġġetti għall-permess tal-awtoritajiet kompetenti, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw, meta jimplimentaw l-Approċċ IRB, data rilevanti li tkopri perjodu ta' sentejn. Il-perjodu li għandu jiġi kopert għandu jiżdied b'sena kull sena sakemm id-data rilevanti tkopri mill-inqas ħames snin.

Artikolu 181 3.

L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji sabiex tispeċifika dan li ġej:

(a) 

in-natura, is-severità u t-tul ta’ tnaqqis fir-ritmu ekonomiku msemmi fil-paragrafu 1;

►C2  (b) 

il-kondizzjonijiet li bihom l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jippermettu istituzzjoni skont il-paragrafu 2 li tuża data rilevanti ◄ li tkopri perijodu ta’ sentejn fejn l-istituzzjoni timplimenta l-Approċċ IRB.

L-ABE għandha tissottometti dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Diċembru 2014.

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu skont l-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.

Artikolu 181 4.
L-EBA għandha toħroġ linji gwida, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tiċċara t-trattament ta' kwalunkwe tip ta'protezzjoni ta' kreditu finanzjata u protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punt (a),ta' dan l-Artikolu u għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-parametri tal-LGD;
Artikolu 181 5.

Għall-fini tal-kalkolu tat-telf, l-EBA għandha, sal-31 ta' Diċembru 2025, toħroġ linji gwida aġġornati, f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar dan li ġej:

(a) 

fir-rigward ta' każijiet li jirritornaw għal status ta' mhux inadempjenti, filwaqt li jiġi speċifikat kif il-fluss ta' flus artifiċjali għandu jiġi ttrattat u jekk huwiex aktar xieraq għall-istituzzjonijiet li jiskontaw il-fluss ta' flus artifiċjali matul il-perjodu attwali ta' inadempjenza;

(b) 

il-valutazzjoni ta' jekk il-kalibrazzjoni u l-applikazzjoni tar-rata ta' skont humiex xierqa għall-kalkolu tat-telf ekonomiku fl-iskoperturi kollha.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit