+Artikolu 183 1.

Artikolu 183 1.

Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-garanti u l-garanziji eliġibbli:

(a) 

l-istituzzjonijiet għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonoxxu għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;

(b) 

għall-garanti rikonoxxuti għandhom japplikaw l-istess regoli bħal għad-debituri kif stabbilit fl-Artikoli 171, 172 u 173;

▼M17

(c) 

il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli u ma tistax tinbidel min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ, sal-ammont u san-natura tal-garanzija, u legalment infurzabbli kontra l-garanti f'ġuriżdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista tiġi eżegwita sentenza;

▼M17

(d) 

il-garanzija għandha tkun mingħajr kundizzjoni.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (d), “garanzija mingħajr kundizzjoni” tfisser garanzija fejn il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola li l-eżekuzzjoni tagħha tkun barra mill-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti u, li tista' tipprevjeni lill-garanti milli jkun obbligat iħallas kollox fil-ħin wara li d-debitur isir inadempjenti jew li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas. Klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-garanzija offruta mill-garanti ma għandhiex tiskwalifika dik il-garanzija milli titqies mhux kundizzjonali.

Garanziji li fihom il-pagament mill-garanti jkun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel ikollha tfittex lid-debitur u li jkopru biss it-telf li jifdal wara li l-istituzzjoni tkunu lestiet il-proċess ta' workout għandhom jitqiesu bħala mhux kundizzjonali.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit