+Artikolu 183 Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, u skoperturi għal korporattivi meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur
---+Artikolu 183 1.
---+Artikolu 183 1a.
---+Artikolu 183 2.
---+Artikolu 183 3.
---+Artikolu 183 4.
---+Artikolu 183 5.
|
Artikolu 183 Rekwiżiti għall-valutazzjoni tal-effett ta' protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata għall-iskoperturi għal gvernijiet ċentrali u banek ċentrali, skoperturi għal gvernijiet reġjonali, awtoritajiet lokali u entitajiet tas-settur pubbliku, u skoperturi għal korporattivi meta jintużaw l-istimi proprji tal-LGD u għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumatur
-
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 183 1.
|
Għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin fir-rigward tal-garanti u l-garanziji eliġibbli:
(a)
l-istituzzjonijiet għandu jkollhom kriterji speċifikati b’mod ċar għat-tipi ta’ garanti li jirrikonoxxu għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju;
(b)
għall-garanti rikonoxxuti għandhom japplikaw l-istess regoli bħal għad-debituri kif stabbilit fl-Artikoli 171, 172 u 173;
▼M17
(c)
il-garanzija għandha tkun evidenzjata bil-miktub, mhux kanċellabbli u ma tistax tinbidel min-naħa tal-garanti, fis-seħħ sakemm l-obbligazzjoni tkun sodisfatta bis-sħiħ, sal-ammont u san-natura tal-garanzija, u legalment infurzabbli kontra l-garanti f'ġuriżdizzjoni fejn il-garanti jkollu assi li fuqhom tista tiġi eżegwita sentenza;
▼M17
(d)
il-garanzija għandha tkun mingħajr kundizzjoni.
Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (d), “garanzija mingħajr kundizzjoni” tfisser garanzija fejn il-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu ma jkun fih l-ebda klawżola li l-eżekuzzjoni tagħha tkun barra mill-kontroll dirett tal-istituzzjoni mutwanti u, li tista' tipprevjeni lill-garanti milli jkun obbligat iħallas kollox fil-ħin wara li d-debitur isir inadempjenti jew li d-debitur oriġinali jonqos milli jħallas. Klawżola fil-kuntratt tal-protezzjoni ta' kreditu li tipprovdi li diliġenza dovuta żbaljata jew frodi mill-istituzzjoni mutwanti tħassar jew tnaqqas il-firxa tal-garanzija offruta mill-garanti ma għandhiex tiskwalifika dik il-garanzija milli titqies mhux kundizzjonali. Garanziji li fihom il-pagament mill-garanti jkun soġġett għall-fatt li l-istituzzjoni mutwanti l-ewwel ikollha tfittex lid-debitur u li jkopru biss it-telf li jifdal wara li l-istituzzjoni tkunu lestiet il-proċess ta' workout għandhom jitqiesu bħala mhux kundizzjonali.
|
|
Artikolu 183 1a.
|
L-istituzzjonijiet jistgħu jirrikonoxxu protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata billi jużaw jew l-approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD, f'konformità ma' dan l-Artikolu u soġġett għar-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, jew inkella s-sostituzzjoni tal-approċċ tal-parametri tar-riskju skont l-A-IRB f'konformità mal-Artikolu 236a u soġġett għar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà tal-Kapitolu 4. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom politiki ċari għall-valutazzjoni tal-effetti tal-protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata fuq il-parametri tar-riskju. Il-politiki tal-istituzzjonijiet għandhom ikunu konsistenti mal-prattiki interni tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u għandhom jirriflettu r-rekwiżiti ta' dan l-Artikolu. Dawk il-politiki għandhom jispeċifikaw b'mod ċar liema mill-metodi speċifiċi deskritti f'dan il-paragrafu jintużaw għal kull sistema ta' klassifikazzjoni, u l-istituzzjonijiet għandhom japplikaw dawk il-politiki b'mod konsistenti maż-żmien.
|
|
Artikolu 183 2.
|
L-istituzzjoni għandu jkollha kriterji speċifikati b’mod ċar għall-aġġustament tal-istimi ta’ gradi, aggregazzjonijiet jew LGD u, fil-każ ta’ riċevibbli mixtrija fil-livell tal-konsumaturi u eliġibbli, il-proċess ta’ allokazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, sabiex jiġi rifless l-impatt tal-garanziji għall-kalkolu tal-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju. Dawn il-kriterji għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 171, 172 u 173. Il-kriterji għandhom ikunu plawżibbli u intwittivi. Għandhom jindirizzaw il-kapaċità u r-rieda tal-garanti li josserva l-garanzija, iż-żmien probabbli ta’ kwalunkwe pagament mill-garanti, il-grad ta’ korrelazzjoni bejn il-kapaċità tal-garanti li josserva l-garanzija u l-kapaċità tad-debitur li jħallas lura, u l-punt sa fejn jibqa’ r-riskju reżidwu għad-debitur.
|
|
Artikolu 183 3.
|
Ir-rekwiżiti għall-garanziji f’dan l-Artikolu għandhom japplikaw ukoll għad-derivati tal-kreditu b’isem wieħed. Fir-rigward ta’ diskrepanza bejn l-obbligazzjoni sottostanti u l-obbligazzjoni ta’ riferiment ta’ derivat tal-kreditu jew l-obbligazzjoni użata biex ikun determinat jekk seħħx avveniment ta’ kreditu, għandhom japplikaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 216(2). Għall-iskoperturi fil-livell tal-konsumaturi u riċevibbli mixtrija eliġibbli, dan il-paragrafu japplika għall-proċess ta’ allokazzjoni tal-iskoperturi fi gradi u aggregazzjonijiet. Il-kriterji għandhom jindirizzaw l-istruttura ta’ ħlas tad-derivat tal-kreditu u jivvalutaw b’mod konservattiv l-impatt li din ikollha fuq il-livell u ż-żmien tal-irkupri. L-istituzzjoni għandha tikkunsidra safejn jibqgħu forom oħra ta’ riskji reżidwali. Id-derivattivi ta' kreditu tat-tip “first-to-default” jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eliġibbli. Madankollu, id-derivattivi ta' kreditu tat-tip “second-to-default” u d-derivattivi ta' kreditu tat-tip “nth-to-default” l-oħrajn kollha ma għandhomx jiġu rikonoxxuti bħala protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata eleġibbli.
|
|
Artikolu 183 4.
|
Meta l-istituzzjonijiet jirrikonoxxu protezzjoni ta' kreditu mhux iffinanzjata bl-approċċ ta' aġġustament tal-immudellar tal-PD/LGD, il-parti koperta tal-iskopertura sottostanti ma għandux jiġi assenjat piż tar-riskju li jkun aktar baxx mill-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni. Għal dan il-għan, il-minimu tal-RW tal-fornitur tal-protezzjoni għandu jiġi kkalkulat bl-użu tal-istess PD, LGD u funzjoni tal-piż tar-riskju bħal dawk applikabbli għal skopertura diretta komparabbli għall-fornitur tal-protezzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 236a.
|
|
Artikolu 183 5.
|
Għal garanziji fil-livell tal-konsumaturi, ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 1, 2 u 3 għandhom japplikaw ukoll għall-assenjazzjoni ta’ skoperturi fi gradi jew aggregazzjonijiet, u l-istima tal-PD.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|