+Artikolu 199 6.

Artikolu 199 6.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li bħala kollateral eleġibbli tuża kollateral fiżiku ta’ tip li mhuwiex bħal dawk indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

hemm swieq likwidi, evidenzjati minn transazzjonijiet frekwenti b’kont meħud tat-tip ta’ assi, għaċ-ċessjoni ta’ kollateral b’mod veloċi u ekonomikament effiċjenti. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu il-valutazzjoni ta’ din il-kondizzjoni b’mod perijodiku u meta l-informazzjoni tindika bidliet materjali fis-suq;

(b) 

hemm prezzijiet tas-suq stabbiliti sew u disponibbli pubblikament għall-kollateral. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw prezzijiet tas-suq bħala stabbiliti sew fejn dawn jiġu minn sorsi affidabbli ta’ informazzjoni bħal indiċi pubbliċi u jkunu jirreflettu l-prezz tat-transazzjonijiet taħt kondizzjonijiet normali. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-prezzijiet tas-suq bħala pubblikament disponibbli, meta dawn il-prezzijiet jiġu divulgati, ikunu faċilment aċċessibbli, u jistgħu jinkisbu b’mod regolari u mingħajr piż amministrattiv jew finanzjarju żejjed;

(c) 

l-istituzzjoni tanalizza l-prezzijiet tas-suq, iż-żmien u l-ispejjeż meħtieġa sabiex tirrealizza l-kollateral u r-rikavat realizzat mill-kollateral;

▼M17

(d) 

l-istituzzjoni turi li f'tal-anqas 90 % tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta' kollateral, ir-rikavati realizzati mill-kollateral ma jkunux anqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral; fejn hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-valwazzjoni tagħha tal-kollateral hija konservattiva biżżejjed.

▼B

L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-fatt li ntlaħqu l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu u dawk speċifikati fl-Artikolu 210.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit