+Artikolu 199 Eliġibbiltà addizzjonali għal kollateral skont l-Approċċ IRB
---+Artikolu 199 1.
---+Artikolu 199 2.
---+Artikolu 199 3.
---+Article 199 4.
---+Artikolu 199 4a.
---+Artikolu 199 5.
---+Artikolu 199 6.
---+Artikolu 199 7.
---+Artikolu 199 8.

Artikolu 199 Eliġibbiltà addizzjonali għal kollateral skont l-Approċċ IRB

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 199 1.

Minbarra l-kollateral imsemmi fl-Artikoli 197 u 198, l-istituzzjonijiet li jikkalkulaw l-ammonti ta’ skoperturi ppeżati skont ir-riskju u l-ammonti ta’ telf mistennija skont l-Approċċ IRB jistgħu jużaw ukoll il-forom ta’ kollateral li ġejjin:

(a) 

kollateral ta’ proprjetà immobbli b’konfomità mal-paragrafi 2, 3 u 4;

(b) 

riċevibbli b’konfomità mal-paragrafu 5;

(c) 

kollateral fiżiku ieħor b’konfomità mal-paragrafi 6 u 8;

(d) 

kiri b’konfomità mal-paragrafu 7.

Artikolu 199 2.

Sakemm ma jiġix speċifikat mod ieħor fl-Artikolu 124(9), bħala kollateral eliġibbli l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw proprjetà residenzjali li hija li jew ser tkun okkupata jew mikrija mis-sid, jew mis-sid benefiċjarju fil-każ ta' kumpaniji ta' investiment personali, u proprjetà immobbli kummerċjali, inkluż uffiċċji u bini kummerċjali ieħor, fejn jiġu ssodisfatti ż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin:

(a) 

il-valur tal-proprjetà ma jkunx jiddependi materjalment mill-kwalità tal-kreditu tad-debitur;

(b) 

ir-riskju tal-mutwatarju ma jiddependix materjalment mill-prestazzjoni tal-proprjetà jew tal-proġett sottostanti, iżda mill-kapaċità sottostanti tal-mutwatarju li jħallas lura d-dejn minn sorsi oħrajn, u bħala konsegwenza l-ħlas lura tal-faċilità ma jkunx jiddependi materjalment minn kwalunkwe fluss ta' flus kontanti ġġenerat mill-proprjetà sottostanti li sservi bħala kollateral.

Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), l-istituzzjonijiet jistgħu jeskludu sitwazzjonijiet fejn fatturi purament makroekonomiċi jaffettwaw kemm il-valur tal-proprjetà kif ukoll il-prestazzjoni tal-mutwatarju.

Artikolu 199 3.

L-istituzzjonijiet jistgħu jidderogaw mill-punt (b) tal-paragrafu 2 għall-iskoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali li tinsab fit-territorju ta’ Stat Membru, fejn l-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru ppubblikat provi li juru li hemm preżenti suq tal-proprjetà residenzjali żviluppat sew u li ilu stabbilit f’dak it-territorju b’rati ta’ telf li ma jaqbżu l-ebda minn dawn il-limiti li ġejjin:

▼M17

(a) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (a), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.3 %;

(b) 

l-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (b), diviż bl-ammont aggregat irrapportat mill-istituzzjonijiet skont l-Artikolu 430a(1), il-punt (c), ma jaqbiżx iż-0.5 %.

▼B

Fejn ma tintlaħaqx xi waħda mill-kondizzjonijiet fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu f’sena partikolari, l-istituzzjonijiet ma għandhomx jużaw it-trattament stipulat f’dak is-subparagrafu sakemm iż-żewġ kondizzjonijiet ma jiġux sodisfatti f’sena sussegwenti.

Article 199 4.

Institutions may derogate from point (b) of paragraph 2 for commercial immovable property situated within the territory of a Member State, where the competent authority of that Member State has published evidence showing that a well-developed and long-established commercial immovable property market is present in that territory with loss rates that do not exceed any of the following limits:

▼M17

(a) 

the aggregated amount reported by institutions under Article 430a(1), point (d), divided by the aggregated amount reported by institutions under Article 430a(1), point (f), does not exceed 0,3  %;

(b) 

the aggregated amount reported by institutions under Article 430a(1), point (e), divided by the aggregated amount reported by institutions under Article 430a(1), point (f), does not exceed 0,5  %.

▼C2

Where either of the conditions in points (a) and (b) of the first subparagraph is not met in a given year, institutions shall not use the treatment set out in that subparagraph until both conditions are satisfied in a subsequent year.

Artikolu 199 4a.
L-istituzzjonijiet jistgħu japplikaw ukoll id-derogi msemmija fil-paragrafi 3 u 4 ta' dan l-Artikolu f'każijiet fejn l-awtorità kompetenti ta' pajjiż terz li japplika arranġamenti superviżorji u regolatorji mill-inqas ekwivalenti għal dawk applikati fl-Unjoni kif iddeterminat f'deċiżjoni tal-Kummissjoni adottata f'konformità mal-Artikolu 107(4), tippubblika r-rati ta' telf korrispondenti għal skoperturi ggarantiti minn proprjetà residenzjali jew proprjetà immobbli kummerċjali li tinsab fit-territorju ta' dak il-pajjiż terz.
Artikolu 199 5.
Bħala kollateral eliġibbli, l-istituzzjonijiet jistgħu jużaw ammonti riċevibbli marbuta ma’ transazzjoni kummerċjali jew transazzjonijiet b’maturità oriġinali ta’ inqas minn jew daqs sena. Riċevibbli eliġibbli ma jinkludux dawk assoċjati ma’ titolizzazzjonijiet, subparteċipazzjonijiet jew derivati tal-kreditu jew ammonti dovuti mingħand partijiet affiljati.

Meta istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku kif iddefinita fl-Artikolu 429a(2) ta' dan ir-Regolament toħroġ self promozzjonali kif iddefinit fl-Artikolu 429a(3) ta' dan ir-Regolament għal istituzzjoni oħra, jew għal istituzzjoni finanzjarja li tkun awtorizzata twettaq attivitajiet kif imsemmija fl-Anness I, il-punt 2 jew 3, tad-Direttiva 2013/36/UE u li tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 119(5) ta' dan ir-Regolament, u meta dik l-istituzzjoni jew l-istituzzjoni finanzjarja l-oħra tgħaddi direttament jew indirettament dak is-self promozzjonali lil debitur aħħari u ċċedi r-riċevibbli mis-self promozzjonali bħala kollateral lill-istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku, l-istituzzjoni ta' kreditu għall-iżvilupp pubbliku tista' tuża r-riċevibbli ċedut bħala kollateral eliġibbli, irrispettivament mill-maturità oriġinali tar-riċevibbli ċedut.

Artikolu 199 6.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li bħala kollateral eleġibbli tuża kollateral fiżiku ta’ tip li mhuwiex bħal dawk indikati fil-paragrafi 2, 3 u 4 fejn jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin:

(a) 

hemm swieq likwidi, evidenzjati minn transazzjonijiet frekwenti b’kont meħud tat-tip ta’ assi, għaċ-ċessjoni ta’ kollateral b’mod veloċi u ekonomikament effiċjenti. L-istituzzjonijiet għandhom iwettqu il-valutazzjoni ta’ din il-kondizzjoni b’mod perijodiku u meta l-informazzjoni tindika bidliet materjali fis-suq;

(b) 

hemm prezzijiet tas-suq stabbiliti sew u disponibbli pubblikament għall-kollateral. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw prezzijiet tas-suq bħala stabbiliti sew fejn dawn jiġu minn sorsi affidabbli ta’ informazzjoni bħal indiċi pubbliċi u jkunu jirreflettu l-prezz tat-transazzjonijiet taħt kondizzjonijiet normali. L-istituzzjonijiet jistgħu jikkunsidraw il-prezzijiet tas-suq bħala pubblikament disponibbli, meta dawn il-prezzijiet jiġu divulgati, ikunu faċilment aċċessibbli, u jistgħu jinkisbu b’mod regolari u mingħajr piż amministrattiv jew finanzjarju żejjed;

(c) 

l-istituzzjoni tanalizza l-prezzijiet tas-suq, iż-żmien u l-ispejjeż meħtieġa sabiex tirrealizza l-kollateral u r-rikavat realizzat mill-kollateral;

▼M17

(d) 

l-istituzzjoni turi li f'tal-anqas 90 % tal-likwidazzjonijiet kollha għal tip partikolari ta' kollateral, ir-rikavati realizzati mill-kollateral ma jkunux anqas minn 70 % tal-valur tal-kollateral; fejn hemm volatilità materjali fil-prezzijiet tas-suq, l-istituzzjoni turi għas-sodisfazzjon tal-awtorità kompetenti li l-valwazzjoni tagħha tal-kollateral hija konservattiva biżżejjed.

▼B

L-istituzzjonijiet għandhom jiddokumentaw il-fatt li ntlaħqu l-kondizzjonijiet speċifikati fil-punti (a) sa (d) tal-ewwel subparagrafu u dawk speċifikati fl-Artikolu 210.

Artikolu 199 7.
Soġġett għad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 230(2), fejn jintlaħqu r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 211, l-iskoperturi li jirriżultaw mit-transazzjonijiet fejn l-istituzzjoni tikri proprjetà lil parti terza jistgħu jiġu ttrattati bl-istess mod bħal self kolleteralizzat mit-tip ta’ proprjetà mikrija.
Artikolu 199 8.
L-ABE għandha tiddivulga lista ta’ tipi ta’ kollateral fiżiku li għalih l-istituzzjonijiet jistgħu jassumu li jiġu ssodisfatti l-kondizzjonijiet imsemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 6.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit