|
+Artikolu 207 4. |
Artikolu 207 4.L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti operattivi li ġejjin kollha:
(a)
għandhom jiddokumentaw sew l-arranġamenti tal-kollateral u jkollhom stabbiliti proċeduri ċari u robusti għal-likwidazzjoni f’waqtha tal-kollateral;
(b)
għandhom jużaw proċeduri u proċessi robusti sabiex jikkontrollaw riskji li ġejjin mill-użu tal-kollateral, inklużi riskji ta’ protezzjoni tal-kreditu falluta jew imnaqqsa, ir-riskji ta’ valutazzjoni, riskji assoċjati mat- terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li ġejjin mill-użu ta’ kollateral u l-interazzjoni mal-profil tar-riskju kumplessiv tal- istituzzjoni;
(c)
għandu jkollhom politiki u prattiki dokumentati fis-seħħ li jikkonċernaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettat;
(d)
għandhom jikkalkulaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jivvalutawh mill-ġdid kif adatt, mill-inqas darba kull sitt xhur u kull meta jkollhom raġuni biex jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral; Il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG għandhom iwasslu għal valutazzjoni ta' jekk seħħx tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;
(e)
fejn il-kollateral ikun ta’ parti terza, għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissepara l-kollateral mill-assi proprji tagħha;
(f)
għandhom jiżguraw li jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-funzjonament b’mod ordnat ta’ ftehimiet dwar il-marġni ma’ derivati OTC u l-kontropartijiet li jiffinanzjaw it-titoli, kif ikkalkulati mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet tagħhom li joħorġu għall-manutenzjoni tal-marġni u l-ħin ta’ rispons għas-sejħiet li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni;
(g)
għandu jkollhom fis-seħħ politiki ta’ ġestjoni tal-kollateral biex jikkontrollaw, jissorveljaw u jirraportaw dan li ġej:
(i)
ir-riskji li għalihom il-ftehimiet dwar il-marġni jesponuhom;
(ii)
ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għal tipi partikolari ta’ assi kollaterali;
(iii)
l-użu mill-ġdid ta’ kollateral inkluż in-nuqqas potenzjali ta’ likwidità li jirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ kollateral irċevut minn kontropartijiet;
(iv)
ir-rinunzja tad-drittijiet għal kollateral depożitat mal-kontropartijiet. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|