+Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju
---+Artikolu 207 1.
---+Artikolu 207 2.
---+Artikolu 207 3.
---+Artikolu 207 4.
---+Artikolu 207 5.

Artikolu 207 Rekwiżiti għall-kollateral finanzjarju

-

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 207 1.
Taħt l-approċċi u l-metodi kollha, kollateral finanzjarju u deheb għandhom jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli fejn jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4.
Artikolu 207 2.
Il-kwalità tal-kreditu tad-debitur u l-valur tal-kollateral ma għandux ikollu korrelazzjoni materjali pożittiva. Fejn il-valur tal-kollateral jitnaqqas b’mod sinifikanti, dan waħdu ma għandux jimplika deterjorament sinifikanti fil-kwalità kreditizja tad-debitur. Fejn il-kwalità kreditizja tad-debitur issir kritika, din waħedha ma għandhiex timplika deterjorament sinifikanti fil-valur tal-kollateral.

Titoli maħruġa mid-debitur, jew kwalunkwe entità fi grupp relatat, ma għandhomx jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli. Minkejja dan, il-ħruġ mid-debitur ta’ bonds koperti tiegħu stess li jaqgħu taħt it-termini tal-Artikolu 129 jikkwalifikaw bħala kollateral eliġibbli meta jiġu depożitati bħala kollaterali għal transazzjoni ta’ riakkwist, jekk jikkonformaw mal-kondizzjoni stabbilita fl-ewwel subparagrafu.

Artikolu 207 3.
L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw kwalunkwe rekwiżit kuntrattwali u statutorju fir-rigward ta’, u jieħdu l-passi neċessarji kollha sabiex jiżguraw, l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral skont il-liġi applikabbli għall-interess tagħhom fil-kollateral.

L-istituzzjonijiet għandhom ikunu wettqu analiżi legali suffiċjenti li tikkonferma l-infurzabbiltà tal-arranġamenti tal-kollateral fil-ġurisdizzjonijiet rilevanti kollha. Għandhom jerġgħu jwettqu tali analiżi kif neċessarju sabiex tiġi żgurata l-infurzabbiltà kontinwata.

Artikolu 207 4.

L-istituzzjonijiet għandhom jissodisfaw ir-rekwiżiti operattivi li ġejjin kollha:

(a) 

għandhom jiddokumentaw sew l-arranġamenti tal-kollateral u jkollhom stabbiliti proċeduri ċari u robusti għal-likwidazzjoni f’waqtha tal-kollateral;

(b) 

għandhom jużaw proċeduri u proċessi robusti sabiex jikkontrollaw riskji li ġejjin mill-użu tal-kollateral, inklużi riskji ta’ protezzjoni tal-kreditu falluta jew imnaqqsa, ir-riskji ta’ valutazzjoni, riskji assoċjati mat- terminazzjoni tal-protezzjoni tal-kreditu, riskji ta’ konċentrazzjoni li ġejjin mill-użu ta’ kollateral u l-interazzjoni mal-profil tar-riskju kumplessiv tal- istituzzjoni;

(c) 

għandu jkollhom politiki u prattiki dokumentati fis-seħħ li jikkonċernaw it-tipi u l-ammonti ta’ kollateral aċċettat;

▼M17

(d) 

għandhom jikkalkulaw il-valur tas-suq tal-kollateral, u jivvalutawh mill-ġdid kif adatt, mill-inqas darba kull sitt xhur u kull meta jkollhom raġuni biex jaħsbu li seħħ tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral; Il-kunsiderazzjonijiet relatati mal-ESG għandhom iwasslu għal valutazzjoni ta' jekk seħħx tnaqqis sinifikanti fil-valur tas-suq tal-kollateral;

▼B

(e) 

fejn il-kollateral ikun ta’ parti terza, għandhom jieħdu passi raġonevoli sabiex jiżguraw li l-parti terza tissepara l-kollateral mill-assi proprji tagħha;

(f) 

għandhom jiżguraw li jiddedikaw riżorsi biżżejjed għall-funzjonament b’mod ordnat ta’ ftehimiet dwar il-marġni ma’ derivati OTC u l-kontropartijiet li jiffinanzjaw it-titoli, kif ikkalkulati mill-prontezza u l-preċiżjoni tas-sejħiet tagħhom li joħorġu għall-manutenzjoni tal-marġni u l-ħin ta’ rispons għas-sejħiet li jidħlu għall-manutenzjoni tal-marġni;

(g) 

għandu jkollhom fis-seħħ politiki ta’ ġestjoni tal-kollateral biex jikkontrollaw, jissorveljaw u jirraportaw dan li ġej:

(i) 

ir-riskji li għalihom il-ftehimiet dwar il-marġni jesponuhom;

(ii) 

ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għal tipi partikolari ta’ assi kollaterali;

(iii) 

l-użu mill-ġdid ta’ kollateral inkluż in-nuqqas potenzjali ta’ likwidità li jirriżulta mill-użu mill-ġdid ta’ kollateral irċevut minn kontropartijiet;

(iv) 

ir-rinunzja tad-drittijiet għal kollateral depożitat mal-kontropartijiet.

Artikolu 207 5.
Minbarra li jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti kollha stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 4, sabiex il-kollateral finanzjarju jikkwalifika bħala kollateral eliġibbli skont il-Metodu Ssimplifikat tal-Kollateral Finanzjarju il-maturità reżidwa tal-protezzjoni għandha tkun mill-inqas twila daqs il-maturità reżidwa tal-iskopertura.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit