+Artikolu 221 4.

Artikolu 221 4.

L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippermettu lil istituzzjoni li tuża approċċ tal-mudelli interni biss fejn huma sodisfatti li s-sistema tal-istituzzjoni għall-ġestjoni tar-riskji li jinħolqu mit-transazzjonijiet koperti mill-ftehim ewlieni ta’ netting hija valida fil-prinċipju u implimentata b’integrità u fejn jiġu ssodisfatti l-istandards kwalitattivi li ġejjin:

(a) 

il-mudell intern għall-kalkolu tar-riskju użat għall-kalkolu tal-volatilità potenzjali tal-prezz għat-transazzjonijiet huwa integrat mill-viċin fil-proċess ta’ kuljum tal-ġestjoni tar-riskju tal-istituzzjoni u jservi bħala l-bażi tar-rappurtar ta’ skoperturi tar-riskju lill- maniġment superjuri tal-istituzzjoni;

(b) 

l-istituzzjoni għandha unità għall-kontroll tar-riskji li tissodisfa r-rekwiżiti kollha li ġejjin:

(i) 

hija indipendenti mill-unitajiet ta’ negozjar kummerċjali u tirraporta direttament lill-maniġment superjuri;

(ii) 

hija responsabbli mit-tfassil u l-implimentazzjoni tas-sistema tal- istituzzjoni għall-kejl tar-riskji;

(iii) 

tipproduċi u tanalizza rapporti ta’ kuljum dwar l-output tal-mudell għall- kalkolu tar-riskji u dwar il-miżuri xierqa li għandhom jittieħdu f’termini ta’ limiti tal-pożizzjonijiet;

(c) 

ir-rapporti ta’ kuljum maħruġa mill-unità għall-kontroll tar-riskji huma analizzati minn livell ta’ maniġment li għandu biżżejjed awtorità sabiex jinforza tnaqqis fil-pożizzjonijiet meħuda u fl-iskopertura kumplessiva tar-riskju;

(d) 

l-istituzzjoni għandha biżżejjed persunal b’ħiliet fl-użu ta’ mudelli sofistikati fl-unità tal-kontroll tar-riskji;

(e) 

l-istituzzjoni stabbilite proċeduri għall-monitoraġġ u l-iżgurar tal-konformità ma’ sett dokumentat ta’ politiki u kontrolli interni li jikkonċernaw il-funzjonament kumplessiv tas-sistema tal-kalkolu tar-riskji;

(f) 

il-mudelli tal-istituzzjoni urew li huma validi għall-kejl tar-riskji bi preċiżjoni raġonevoli murija permezz ta’ ttestjar retrospettiv tal-output tagħha billi tintuża data għal mill-anqas sena sħiħa;

(g) 

l-istituzzjoni twettaq b’mod frekwenti programm rigoruż ta’ ttestjar għal stress u r-riżultati ta’ dawn it-testijiet huma analizzati minn maniġment superjuri u riflessi fil-politiki u l-limiti li jistabbilixxi;

(h) 

l-istituzzjoni twettaq, bħala parti mill-proċess ta’ verifika regolari interna tagħha, analiżi indipendenti tas-sistema tagħha għall-kalkolu tar-riskji. Din l-analiżi għandha tinkludi kemm l-attivitajiet tal-unitajiet tan-negozjar kummerċjali kif ukoll tal-unità indipendenti għall-kontroll tar-riskji;

(i) 

mill-inqas darba fis-sena, l-istituzzjoni twettaq analiżi tas-sistema tagħha tal- ġestjoni tar-riskji;

(j) 

il-mudell intern jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 292(8) u (9) u fl- Artikolu 294.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit