+Artikolu 269a 7.

Artikolu 269a 7.

Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, l-iskont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi kkalkulat billi jitnaqqas l-ammont imsemmi fil-punt (b) mill-ammont imsemmi fil-punt (a):

(a) 

l-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti tat-titolizzazzjoni NPE fil-mument meta dawk l-iskoperturi ġew ittrasferiti lill-SSPE;

(b) 

it-total ta’ dan li ġej:

(i) 

il-prezz tal-bejgħ inizjali tas-segmenti jew, meta applikabbli, partijiet mis-segmenti tat-titolizzazzjoni NPE mibjugħin lil investituri terzi; u

(ii) 

l-ammont pendenti, fil-mument meta l-iskoperturi sottostanti ġew trasferiti lill-SSPE, tas-segmenti jew, meta applikabbli, ta’ partijiet mis-segmenti ta’ dik it-titolizzazzjoni miżmuma mill-oriġinatur.

Għall-finijiet tal-paragrafi 5 u 6, matul il-ħajja tat-tranżazzjoni, il-kalkolu tal-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għandu jiġi aġġustat ’l isfel filwaqt li jitqies it-telf realizzat. Kwalunkwe tnaqqis fl-ammont pendenti tal-iskoperturi sottostanti li jirriżulta minn telf realizzat għandu jnaqqas l-iskont tal-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli, soġġett għal limitu minimu ta’ żero.

Meta skont ikun strutturat b’tali mod li jkun jista’ jiġi rimborżat b’mod sħiħ jew parzjali lill-oriġinatur, tali skont ma għandux jgħodd bħala skont fil-prezz tax-xiri mhux rimborżabbli għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit